Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI  GĦALL-KONSUMATUR, KOMPETIZZJONI ĠUSTA, KUNSILLI LOKALI U KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

pr1560
Date Icon 25/08/2010

Il-konsumatur mhux priorita’ għall-Oppożizzjoni

Il-Linji Gwida dwar l-immaniġġjar, il-wiri u l-bejgħtal-ħut jistabbilixxu prattiċi tajbin u livelli għolja ta’ iġjene li għandhom ikunu osservati u li minnhom igawdu kemm il-bejjiegħa kif ukoll il-konsumatur Malti. Il-Linji Gwida kienu ppubblikati mill-Awtorita’ Maltija għall-Istandards (MSA) fil-jiem li għaddew wara konsultazzjoni wiesgħa li damet sejra sentejn u li fost l-oħrajn kienet tinvolvi 30 siegħa ta’ laqgħat. Fihom ipparteċipaw rappreżentanti tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, tad-Dipartiment tas-Sajd, tad-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji, tal-Għaqda Imprendituri Maltin u Għawdxin u l-bejjiegħa tal-ħut infushom.
Il-mod kif il-kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Sajd JoeSammut qed jikkritika dawn il-Linji Gwida hu xhieda tal-fatt li għall-Oppożizzjoni il-konsumatur mhux priorita’. L-Oppożizzjoni m’għandhiex għal qalbha l-ħarsien tal-konsumatur u qed titkellem biss għall-gallarija. L-Oppożizzjoni għadha mhux tifhem li l-konsumatur jitħares mhux biss bil-kliem iżda bil-fatti.
B’kuntrast il-ħidma tal-Awtorita’ Maltijagħall-Istandards qed twassal biex bil-mod il-mod pajjiżna jkollu standards għoljin f’diversi oqsma per eżempju l-linji gwida għall-bejjiegħa tal-ħut jittrattaw oqsma differenti fosthom l-indafa, l-użu tas-silġ biex il-ħut jinżamm frisk, l-ippakkeġġjar, l-ipproċessar, it-trasport, iż-żamma ta’ dokumentazzjoni meħtieġa, l-użu ta’ għodda speċifika, iż-żamma tal-ħut f’temperaturi adegwati, l-użu ta’ lbies protettiv, ir-rimi ta’ skart, u l-mod kif l-istess ħut jitpoġġa għall-bejgħ.
L-għan tal-Linji Gwida hu li jserrħu moħħ il-klientli jkun qed jixtri l-ħut mingħand bejjiegħa li m’għandhomx ħanut jew post fiss. Il-klienti se jkunu assigurati li l-bejjiegħa li se jimxu fuq dawn l-istandards huma konformi ma’ regolamenti ta’ saħħa u iġjene kif ukoll li l-prodotti li jkollhom għall-bejgħ ikunu friski għax ikunu nżammew f’temperaturi u kundizzjonijiet adegwati. Il-Linji Gwida jassiguraw ukoll il-ħarsien tat-tradizzjoni tal-bejgħ tal-ħut fil-lokalitajiet.
Bl-istqarrija tiegħu l-Oppożizzjoni qed turi li dankollu ma jinteressahiex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow