ŻJARA FL-ISKOLA SEKONDARJA SUBIEN MOSTA (ŻOKRIJA)
pr1559
25/08/2010
| L-iskola | sekondarja tas-subien tal-Kulleġġ Marija Reġina li nbniet fl-inħawi taż-Żokrija fil-Mosta se tilqa’ l-ewwel studenti tagħha f’Settembru li ġej, sentejn biss wara li beda l-bini tagħha. L-iskola se titlesta b’investiment ta’ €9.5 miljun. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, | Dolores Cristina, dalgħodu stiednet uffiċjali tal-Malta Union of Teachers biex imorru magħha jaraw l-aħħar xogħlijiet fl-iskola. Huma kienu mdawwra mal-bini u kien spejgat lilhom il-faċilitajiet li se toffri l-iskola mis-Sur Ray Fenech u s-Sur Charles Farrugia, Chairman u General Manager rispettivament tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada. |
| Ix-xogħol tal-bini fuq din l-iskola beda f’Settembru | tas-sena 2008 mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada. |
| Ix-xogħol tal-kostruzzjoni kważi lest kollu u | bħalissa qed isir xogħol ta’ finishes biex b’hekk din l-iskola tkun tista’ tilqa’ l-ewwel studenti fiha fis-sena skolastika li jmiss lejn l-aħħar tax-xahar id-dieħel. |
| Din | l-iskola nbniet fuq medda art ta’madwar 14,000 metru kwadru u għandha ‘l fuq minn 80 kamra li jinkludu klassijiet, laboratorji tat-teknoloġija u xjenza, laboratorji għat-tagħlim tal-home economics, klassijiet għall-arti, d-drama u l-mużika, career guidance rooms u uffiċini għall-amministrazzjoni tal-iskola. |
| L-iskola | se tkun mgħammra ukoll b’librerija kbira u sala tal-qari kif ukoll b’lift f’kull blokka biex b’hekk tkun aċċessibbli għal kulħadd. Ħadu ħsieb ukoll il-bżonnijiet tal-għalliema li se jkollhom kmamar kbar u arjużi u anke parkeġġ riservat għalihom taħt l-iskola. |
| Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada qed tagħti | attenzjoni partikolari għall-użu tal-enerġija alternattiva. Għalhekk din l-iskola ukoll se tkun mgħammra b’photovoltaicpanels kif ukoll b’solar water heaters biex b’hekk tiġi utilizzata enerġija alternativa. |
| Kif sar fl-iskola ta’ Pembroke | se tkun installata ukoll sistema ta’ Intelligent Lighting li hi ddisinjata biex tipprovdi l-aħjar livelli ta’ dawl skont l-użu tal-kmamar. Is-sistema, b’mod awtomatiku, tikkalkula l-livell tad-dawl naturali u żżid jew tnaqqas id-dawl tat-tubi skont il-bżonn, permezz ta’ sensors apposta kkontrollati minn software speċjalizzat. Is-sistema tagħraf meta jidħlu jew joħorġu n-nies mill-kmamar u tixgħel jew titfi awtomatikamentskond il-preżenza tal-persuni fil-kmamar. |
| Ma | jonqsux ukoll l-faċilitajiet sportivi li se jkunu attrezzati f’din l-iskola, fosthom grawnd tal-futbol 11-a-side b’turf sintetiku kif ukoll spazju ieħor b’synthetic surface fejn ikunu jistgħu jiġu pprattikati diversi tipi ta’ sports. Dan barra auditorium modern li jkun jista’ jilqa’ fih id-diversi attivitajiet li jsiru mhux biss mill-iskola partikolari imma anke fuq bażi ta’ kulleġġ u ta’ komunita’. |
| Meta | kellmet lill-ġurnalisti l-Ministru Dolores Cristina qalet li l-pjan tal-Gvern hu li tinbena skola ġdida kull sena sal-2020. S’issa diġà nbnew skejjel sekondarji ġodda fil-Kulleġġ San Benedittu, San Injazju, Santa Margerita u skola primarja fil-Kulleġġ Santa Klara. Din is-sena se jitlestew żewġ skejjel sekondarji oħra, din tal-Kulleġġ Maria Reġina u oħra fil-Kulleġġ Għawdex. |
| Aktar | tard din is-sena se jibda x-xogħol fuq skola sekondarja tal-bniet fil-Kulleġġ San Injazju. |
| Il-Ministru rringrazzjat lill-Fondazzjoni | għall-Iskejjel ta’ Għada għax-xogħol siewi li jagħmlu, dejjem skond il-Baġit allokat u tlestija fiż-żmien miftiehem. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990