Stqarrija mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja
pr1553
23/08/2010
Il-Gvern se jsaħħaħ it-tagħlim tal-mużika fl-iskejjel
| Mis-sena skolastika li jmiss | it-tagħlim tal-Mużika tal-Iskola Johan Strauss se jinfirex ma’ Malta kollha billi l-programm li sal-lum kien jingħata f’post wieħed biss fil-belt Valletta issa se jmur aktar qrib il-poplu, fil-Kulleġġi mferrxa ma’ Malta u Għawdex u jingħata fuq l-istess bażi u mill-istess għalliema. B’hekk se jispiċċa skariġġ żejjed lil studenti li kienu jridu jmorru l-belt Valletta minn diversi bliet u rħula li issa se jmorru fil-Kulleġġ li hu l-aktar qrib tagħhom. |
| Minkejja dan, l-Oppożizzjoni kif | għamlet f’diversi okkażżjonijiet oħra qed teħodha kontra u tikkritika l-investiment u t-titjib li se jsir fil-qasam edukattiv fl-interess tat-tfal tagħna. L-Oppożizzjoni ħadet l-istess atteġġjament negattiv meta kien se jitwaqqaf l-MCAST u anke għall-introduzzjoni tat-tagħlim vokazzjonali fl-iskejjel sekondarji. |
| Id-deċiżjoni li t-tagħlim tal-mużika | jinfirex fil-Kulleġġi kienet diskussa mal-Malta Union of Teachers li tirrappreżenta lill-għalliema tal-iskola Johan Straus. Fl-istess waqt se tittieħed id-deċiżjoni li jsir xogħol ta’ tiswija u restawr fil-binja storika li tilqa’ fiha l-Iskola tal-Mużika li bħalissa hemm partijiet minnha li m’humiex jintużaw minħabba periklu. Dan ix-xogħol hu fl-interess kemm tal-istudenti kif ukoll tal-għalliema li jattendu f’din l-iskola. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990