Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja

pr1553
Date Icon 23/08/2010

Il-Gvern se jsaħħaħ it-tagħlim tal-mużika fl-iskejjel

Mis-sena skolastika li jmissit-tagħlim tal-Mużika tal-Iskola Johan Strauss se jinfirex ma’ Malta kollha billi l-programm li sal-lum kien jingħata f’post wieħed biss fil-belt Valletta issa se jmur aktar qrib il-poplu, fil-Kulleġġi mferrxa ma’ Malta u Għawdex u jingħata fuq l-istess bażi u mill-istess għalliema.  B’hekk se jispiċċa skariġġ żejjed lil studenti li kienu jridu jmorru l-belt Valletta minn diversi bliet u rħula li issa se jmorru fil-Kulleġġ li hu l-aktar qrib tagħhom.
Minkejja dan, l-Oppożizzjoni  kifgħamlet f’diversi okkażżjonijiet oħra qed teħodha kontra u tikkritika l-investiment u t-titjib li se jsir fil-qasam edukattiv fl-interess tat-tfal tagħna. L-Oppożizzjoni ħadet l-istess atteġġjament negattiv meta kien se jitwaqqaf l-MCAST u anke għall-introduzzjoni tat-tagħlim vokazzjonali fl-iskejjel sekondarji.
Id-deċiżjoni li t-tagħlim tal-mużikajinfirex fil-Kulleġġi kienet diskussa mal-Malta Union of Teachers li tirrappreżenta lill-għalliema tal-iskola Johan Straus.  Fl-istess waqt se tittieħed id-deċiżjoni li jsir xogħol ta’ tiswija u restawr fil-binja storika li tilqa’ fiha l-Iskola tal-Mużika li bħalissa hemm partijiet minnha li m’humiex jintużaw minħabba periklu. Dan ix-xogħol hu fl-interess kemm tal-istudenti kif ukoll tal-għalliema li jattendu f’din l-iskola.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow