ID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI JILQA’ GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦALL-PAJJIŻI MILQUTA MILL-GĦARGĦAR
pr1551
23/08/2010
| Id-Dipartiment | tal-Protezzjoni Ċivili se jkun qed jilqa’ donazzjonijiet ta’ flus biex ikunu jistgħu jintbagħtu l-Pakistan u ċ-Ċina wara li f’dawn l-aħħar ġimgħat intlaqtu minn għargħar qawwija li ħallew miljuni ta’ persuni f’riskju kbir ta’ mard kif ukoll bla saqaf fuq rashom. |
| L-għajnuna finanzjarja | se tkun qed tgħin biex tingħata għajnuna umanitarja lil dawk milquta. |
| Għaldaqstant il-pubbliku | hu mħeġġeġ biex jagħti d-donazzjonijiet tiegħu fil-fergħat tal-banek rispettivi f'kontijiet miftuħa apposta għal dan il-għan. |
· APS account no. 20000889551
· Banif Bank account no. 00083224181
· Bank of Valletta account no. 40018758443
· HSBC account no. 078-002391-050
· Lombard Bank account no. 01440800001
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jemmen fil-ġenerożità tal-Poplu Malti u jħeġġeġ biex bħal ma ġara f’sitwazzjonijiet simili fi snin li għaddew tintwera solidarjetà sħiħa mal-vittmi ta’ dan id-diżastru naturali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990