FTEHIM IEĦOR BEJN IL-GVERN U L-UNJON TAL-GĦALLIEMA - IĦARES LEJN L-IŻVILUPP PROFESSJONALI TAL-GĦALLIEMA FL-INTERESS TAL-ISTUDENTI
| Il-Gvern | u l-Malta Union of Teachers dal-għodu ffirmaw ftehim ġdid li jagħraf ir-responsabbiltajiet ġodda li għandhom l-għalliema bir-riformi li qed isiru fil-qasam edukattiv u allura filwaqt li jipprovdi għal taħriġ kontinwu għall-iżvilupp professjonali tal-għalliema, joffri kumpens adegwat għal dawn ir-responsabbiltajiet ġodda. L-iffirmar tal-Ftehim kien preseduta mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina. |
| Il-Ministru Cristina qalet li l-lum il-Gvern kien | qed jagħti xhieda oħra tal-impenn tiegħu fil-qasam tal-edukazzjoni bikrija, dik primarja u dik sekondarja kif ukoll tal-istima u l-apprezzament li l-Gvern għandu lejn il-professjoni tal-għalliema. |
| F’dan | il-qasam il-Gvern mhux biss qed jinvesti bil-qawwi fi skejjel ġodda u apparat u attrezzatura state of the art, imma wkoll fit-tiġdid professjonali tal-għalliema li huma impenjati f’dawn l-oqsma u bir-reklutaġġ ta’ professjonisti oħra biex jgħinu l-għalliema jaqdu aħjar il-missjoni tagħhom. |
| Il-Gvern | għandu mħejjija strateġija fit-tul dwar kif irid ikompli jiżviluppa dan il-qasam tal-edukazzjoni għax jemmen li dan hu l-aktar perjodu importanti fl-iżvilupp edukattiv tal-individwu. Inutli li jkollna, kif għandna settur post sekondarju u terzjarju tal-ogħla livell jekk l-istudenti li jaslu għal dawn l-istadji ma jkunux kapaċi jaċċessawhom. |
| Il-Ministru qalet li dan il-Ftehim hu konsegwenza | naturali tal-Ftehim Storiku li l-Gvern u l-MUT kienu ffirmaw fl-2007 u se jiġbor fih ukoll dak li kien maqbul f’żewġ Memoranda of Understanding dwar il-Kindergarten u l-Learning Support Assistants li ż-żewġ naħat iffirmaw tard is-sena l-oħra. |
| Dak | il-ftehim kien offra bażi tajba biex titwettaq ir-riforma tant meħtieġa fil-qasam edukattiv. Wara li kienu saru l-emendi fil-Ligi tal-Edukazzjoni fl-2006, kien hemm bżonn ftehim mal-Unjon biex ipoġġi r-riforma fuq bażi soda biex nassiguraw edukazzjoni ta’ kwalità għal uliedna. |
| F’dawn | l-aħħar sentejn u nofs fil-qasam tal-edukazzjoni obbligatorja rajna: |
· Tibdil fil-mixja mill-Primarja għas-Sekondarja;
· Ir-riforma tal-iskejjel speċjali;
· Introduzzjoni ta’ servizzi ġodda biex jagħtu appġġ lil tfal b’diżabiltà, bħal ACTU, Autistic Spectrum Disorder Team, Speech Therapist u Occupational Therapists, is-servizz ta’ Inclusive Education Specialist, u Inclusion, Coordinators għas-settur primarju u sekondarju, taħriġ għal Learning Support Assistants biex ikunu ppreparati aħjar biex jagħtu appoġġ lit-tfal;
· Introduzzjoni ta’ servizzi ġodda bħal trainee psychologists, trainee counsellors, trainee career advisors, college prefects of discipline, college counsellors, college career advisors, u youth workers, biex jagħtu appoġġ lil tfal li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet psikoloġiċi;
· Servizzi ġodda ta’ appoġġ lill-iskejjel bħal Nurture Groups, Learning Support Zones u l-impjieg ta’ Social Emotional Behavioural Difficulties Specialists, għal tfal b’diffikultà fl-imġieba. Din is-sena jinfetħu l-ewwel Learning Support Centres;
· Appoġġ fil-Kurrikulu fil-forma ta’ personnel li jżur l-iskejjel bħal Uffiċjali Edukattivi u Kapijiet tad-Dipartimenti f’suġġetti partikolari;
· Taħriġ intensiv għat-tibdil li ġġib magħha r-riforma;
· Appoġġ teknoloġiku f’forma ta’ laptops, interactive whiteboards u tagħmir ieħor biex l-għalliema jkollhom l-għodda meħtieġa biex jagħmlu l-lezzjonijiet aktar interessanti li jimmotivaw it-tfal biex jitgħallmu;
· Bini u mmodernizzar ta’ diversi skejjel.
| “Filwaqt | li fil-Ministeru u d-Direttorati tal-Edukazzjoni konna qed nimplimentaw dan kollu irrealizzajna li hemm elementi mill-Ftehim tal-2007 li qed jaħdmu tajjeb ħafna. Iddiskutejna u kkonsultajna u rajna li minn dak il-Ftehim hemm elementi li kellhom jiġu spjegati aħjar jew modifikati biex dejjem intejbu l-kwalità ta’ edukazzjoni f’pajjiżna”, qalet Dolores Cristina. |
| Il-ftehim li kien iffirmat il-lum jibni fuq dak li | kien hemm. Fl-edukazzjoni hu żball kbir li wieħed iħott kollox u jibda jibni mill-ġdid. L-għaqal jitlob li wieħed jevalwa u jagħraf it-tajjeb li jeżisti u jibni fuqu u fl-istess ħin ikollu l-kuraġġ li dak li mhux qed jaħdem sew ibiddlu. Hekk qed nagħmlu l-lum. |
| X’fih | dan il-Ftehim? |
| Prinċipju importanti fejn il-Gvern u l-MUT qed | jaqblu li l-eLearning hi għodda pedagoġika importanti ħafna. Hemm għarfien sħiħ li l-Gvern qed jinvesti bil-kbir f’dan il-qasam biex uliedna jkollhom l-aħjar opportunitajiet biex jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom; |
| Għarfien | bejn iż-żewġ naħat li t-tfal jitgħallmu b’mod differenti minn xulxin u għalhekk it-tagħlim fil-klassi jrid jindirizza dan u jiġu applikat metodi differenti ta’ tagħlim; |
| Se jiġi | introdott proġett pilota biex jingħataw reduced hours lill-għalliema. Dan il-proġett ikun evalwat wara sena bil-ħsieb li jkun estiż u rfinat; |
| Hemm | qbil li tkun esplorata l-possibilità li jiġu introdotti strutturi ġodda ta’ appoġġ lil tfal b’diżabiltà fis-settur sekondarju; |
| Ġiet | iċċarata l-pożizzjoni ta’ dawk il-Kindergarten Assistants li jaħdmu fis-settur tal-edukazzjoni inklussiva u speċjali; |
| Saru | żviluppi fil-funzjoni tal-induction u mentoring għall-edukaturi; |
| Ġew | iċċarati l-kriterji ta’ eliġibiltà għas-sejħiet ta’ Uffiċjali Edukattivi u Assistenti Diretturi; |
| Permezz | ta’ dan il-ftehim qed ikun introdott il-kunċett tal-bridging fil-qasam edukattiv, fejn meta impjegat jirriżenja mill-impjieg biex jieħu responsabbiltà familjari, dan ikun jista’ jerġa’ japplika biex jidħol fis-servizz u jkompli fuq l-iskala ta’ salarju fejn ħalla qabel ma rriżenja; |
| Sar | tibdil fil-metodu ta’ taħriġ li jingħataw l-għalliema; |
| Introdott ir-rappreżentant tas-Saħħa u Sigurtà | f’kull Kulleġġ; |
| Il-Ministru Cristina spjegat li bħala rikonoxximent | tax-xogħol siewi li jagħmlu l-edukatturi, il-Gvern se jagħti allowance lil diversi gradi ta’ għalliema biex dawn ikunu jistgħu jwettqu u jkomplu jtejbu x-xogħol tagħhom mat-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u Ghawdxin. |
| Se | tingħata għall-ewwel darba allowance lill-Kindergarten Assistants. |
| Żjieda | fl-allowance tal-Learning Support Assistant u Kindergarten Assistants li jaħdmu fil-qasam tal-edukazzjoni inklussiva u speċjali. |
| L-għalliema b’doveri partikolari kif stipulati | mill-Kap tal-Iskola, se jieħdu żjieda fl-allowance tagħhom ukoll. |
| Fl-livell ta’ Management ingħataw ukoll | allowances biex jirriflettu r-responsabiltajiet li qed iġġib magħha r-riforma. |
| Il-Prinċipali tal-Kulleġġi, is-Service Managers | u l-Assistenti Diretturi se jirċievu Performance Bonus meta jikkwalifikaw għalih. |
| Il-Ftehim se jiswa lill-Gvern €3.9 miljun fuq medda | ta’ tliet snin. |
| Il-Ministru Cristina rringrazzjat lil dawk li kienu | strumentali biex intlaħaq dan il-ftehim ġdid wara ħafna negozjati bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-MUT, flimkien ma’ rapprezentati tal-Ministeru tal-Finanzi u mill-Public Administration Human Resource Office. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990