Left arrow Go Back

250 KELB U QATTUS SALVATI MID-DIPARTIMENT GĦALL-ĦARSIEN TAL-ANNIMALI JSIBU FAMILJA

pr1542
Date Icon 21/08/2010
Illum fl-okkażjonital-Jum Dinji għall-Annimali abbandunati, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino ltaqa’ ma’ dawk il-familji li f’dawn l-aħħar xhur, addottaw kelb jew qattus mid-Dipartiment għall-ħarsien tal-annimali.
Il-Ministru Pullicinorringrazzja lil kull min adotta annimal u integrahom fil-familja tiegħu. Mill-ewwel ta’ Jannar ta’ din is-sena sal-lum gew addottati 250 kelb u qattus wara li dawn kienu salvati mid-dipartiment. Id-dipartiment jirċievi madwar 200 telefonata fix-xahar medja ta’ 7 telefonati kuljum. Kemm ilha topera l-ambalunza għall-annimali mid-dipartiment ġew salvati ‘l fuq minn 800 kelb u qattus. Ir-raġunijiet prinċipali li jinġabru l-annimali huma għax ikunu mweġġgħin jew ikunu jiġru fit-toroq bil-periklu li jintlaqtu mill-karozzi. Meta l-annimali jiġu salvati dawn jiġu meħuda direttament għand il-Vetterinarju fejn tingħata l-kura meħtieġa. Wara, dawn jiġu rikoverati ġewwa l-Għammieri u meta jfiequ jingħataw għall-adozzjoni.
Il-Ministru Pullicinofilwaqt li rringrazzja lil ħaddiema tad-dipartiment kif ukoll lill-voluntiera kollha, li b’tant dedikazzjoni jagħmlu tant sagrifiċċji sabiex iħarsu l-ħajja tal-annimali, appella sabiex aktar familji jdaħħlu fil-familja tagħhom kelb jew qattus, li kif ħafna min-nies preżenti dalgħodu iddiskrivewhom bħala l-aqwa ħbieb li għandhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow