Left arrow Mur Lura

102 ħaddiema umanitarji tilfu ħajjithom fl-2009 madwar id-Dinja

pr1541
Date Icon 21/08/2010
Il-Viċi Prim Ministru uMinistru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg appella biex il-komunità internazzjonali tħares iktar il-ħidma li jwettqu l-ħaddiema umanitarji. Fakkar kif m’għandu jintesa qatt ix-xogħol siewi u ta’ sagrifiċċju kbir li jitwettaq minn dawk kollha li jagħtu l-assistenza umanitarja internazzjonali f’pajjiżi li jinsabu f’diffikultajiet minħabba instabbilta’ politika, gwerrer u diżastri naturali. Huwa tenna li l-ħidma tan-nies li jaħdmu għall-umanità f’dawn il-pajjiżi jħabbtu wiċċhom ma’ bosta perikli. Skont statistika xokkanti tal-Ġnus Maqgħuda, fl-2009 kien hemm 278 persuna li sfaw vittimi ta’ inċidenti, 102 minn dawn il-ħaddiema umanitarji tilfu ħajjithom u 92 oħra sfaw maqbuda.
Il-Jum Dinji Umanitarju ġie ċċelebrat fid-19 t’Awwissu madwar id-dinja kollha. F’din id-data partikolari, fl-2003 ir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda fl-Iraq, Sergio Vieira de Mello, u 21 staff tal-Ġnus Maqgħuda kienu inqatlu fi splużjoni fil-kwartieri ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f’Bagdad. B’din il-ġurnata għalhekk iddedikata għall-għajnuna umanitarja, ikun qed jingħata radd il-ħajr lil dawk kollha li tilfu ħajjithom waqt li jkunu qed jgħinu lil min hu fil-bżonn.
Il-Viċi Prim MinistruTonio Borg stqarr li f’Jum simili niftakru fil-bżonnijiet li għandhom bosta pajjiżi li huma fqar u li jinsabu fix-xifer ta’ kriżijiet politiċi u umanitarji. Huwa appella biex minkejja d-diffikultajiet li jistgħu jintaqgħu magħhom min ikun qed iwettaq missjonijiet simili, xorta waħda l-pajjiżi l-kbar u l-komunitajiet internazzjonali ma joqgħodux lura milli jagħtu din l-għajnuna tant imprezzabbli li ssalva l-ħajja ta’ tant nies li jkunu qed isofru l-ġuħ u l-inġustizzja.
Il-Viċi Prim Ministrufakkar kif il-gvern Malti dejjem huwa lest li mill-ftit li jista’ u mir-riżorsi limitati tiegħu jgħin lil dawk il-pajjiżi li jinsabu fi bżonn. Huwa fakkar fl-għajnuna finanzjarja li l-Gvern Malti, permezz tal-fond tal-Assistenza għall-Izvilupp Umanitarju li jieħu ħsiebha l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, din is-sena għen lill-16-il għaqda karittativa b’donazzjoni ta €250,000 biex jitwettqu proġetti f’dawn il-pajjiżi.
Il-Viċi Prim MinistruTonio Borg ikkonkluda li dan il-Jum Dinji Umanitarju fakkarna kif il-popolazzjonijiet tad-dinja huma kollha aħwa li għandhom bżonn l-għajnuna ta’ xulxin. Għaldaqstant l-ebda pajjiż m’għandu qatt jonqos minn dmiru u jassisti b’mod umanitarju fil-mumenti kruċjali u bżonnjużi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow