Left arrow Mur Lura

It-Tagħlim tal-Mużika se jkun aktar aċċessibbli għal kulħadd

pr1539
Date Icon 20/08/2010
Il-Gvernse jkun qed iniedi l-espansjoni tal-Iskola tal-Mużika biex it-tagħlim tal-Mużika jsir aktar aċċessibbli għal kulħadd, permezz ta’ korsijiet li l-Iskola tal-Mużika se tkun qed toffri f’ċentri mifruxa f’kull Kulleġġ. Dan se jibda jseħħ minn din is-sena skolastika u dawk kollha li jixtiequ jibdew jieħdu taħriġ fil-Mużika se jkunu jistgħu japplikaw sat-3 ta’ Settembru.
Bħalissagħaddejjin it-tħejjijiet mal-Prinċipali ta’ kull KUlleġġ u mal-Kapijiet tal-Iskejjel biex flimkien ma’ rappreżentatnti tad-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, il-Kap tal-Iskola u l-President tal-Kunsill tal-Iskola tal-Mużika jiġu identifikati l-aħjar skejjel fejn ser isir it-tagħlim.
F’kullKulleġġ kienet identifikata skola partikolari fejn dawk li jixtiequ jkabbru l-ħila tagħhom fit-tagħlim tal-mużika jistgħu jieħdu din l-opportunita’ ta’ tkabbir u promozzjoni tal-edukazzjoni mużikali. Il-korsijiet jinfetħu skont id-domanda li jkun hemm.
Dan huwaproġett maħsub biex fi ftit snin, l-Iskola tal-Mużika tistabilixxi dawn il-fergħat, fejn it-tagħlim tal-Mużika jkun aktar aċċessibbli għal kulħadd. Eventwalment, minn dawn il-fergħat, dawk li jkunu jridu jkomplu f’livell aktar avvanzat, jipproċedu għal korsijiet aktar speċjalizzati, li jkunu qed isiru fil-bini ċentrali tal-Iskola tal-Mużika, li fil-ġejjieni għandha ssir ċentru ta’ speċjalizzazzjoni. B’hekk, Malta jkolla Skola tal-Mużika li ssir instituzzjoni aktar b’saħħitha, li qed taċċessa l-komunitajiet kollha, filwaqt li l-Iskola jkollha l-opportunita’ ta’ ċentru speċjalizzat fejn ikun qed jilqa’ l-istudenti avvanzati li jkunu qed jipproċedu fl-istudji, wara li jgħaddu l-ewwel fażijiet tal-edukazzjoni mużikali tagħhom f’dawn iċ-ċentri u fergħat tal-Iskola.
Sadanittant, il-Gvern beda l-proċess biex il-biniċentrali tal-Iskola tal-Mużika Johann Strauss fil-belt Valletta, jsirulu xogħlijiet ta’ tiswija u restawr f’din il-binja storika u sabiħa, li tant hu meħtieġ. Din l-Iskola ma kinitx mibnija bħala Skola tal-Mużika, u allura hemm bżonn ta’ tibdil strutturali biex dan ikun attrezzat għal Skola tal-Mużika moderna, adekwata għall-esiġenzi tal-lum.
Biexjibdew tħejjijiet għal dan il-proċess u sakemm jinfetaħ il-bini li jkun l-Iskola Ċentrali tal-Mużika, il-korsijiet li kienu jsiru fi Triq l-Ifran se jiġu temporanjament allokati f’ċentri fil-Belt u postijiet oħra.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familjajenfasizza li l-Iskola tal-Mużika mhux ser tagħlaq, iżda se jkun qed isir xogħol fuq żewġ proġetti fl-istess ħin – l-espansjoni tat-tagħlim madwar Malta u r-restawr tal-binja prinċipali.
Id-deċiżjoni li l-bini fi Triq il-Merkanti ma jibqaxjintuża f’dawn iċ-ċirkostanzi u li l-Iskola tal-Mużika tespandi bħala istituzzjoni u jinfetħu fergħat tagħha fil-Kulleġġi kienet diskussa wkoll mal-Malta Union of Teachers.
Huwamifhum li meta jagħlqu l-applikazzjonijiet isiru laqgħat għall-ġenituri biex jiġi spjegat l-operat ta’ dan il-proġett.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow