TNEDIJA TAL-KORSIJIET GĦALL-ADULTI - MADWAR 10,000 PERSUNA PPARTEĊIPAW F’DAWN IL-KORSIJIET IS-SENA LI GĦADDIET
pr1538
20/08/2010
| Il-Ministru | tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina dal-għodu kienet preżenti fi Pjazza l-Assedju l-Kbir fil-belt Valletta fejn id-Direttorat għat-Tagħlim tul il-Ħajja tal-Ministeru tal-Edukazzjoni beda jilqa’ l-applikazzjonijiet għall-korsijiet għall-Adulti. |
| Ħafna adulti qed | jagħrfu l-ħtieġa li jkomplu jitgħallmu. Il-figuri diġa’ jitkellmu waħedhom. Is-sena l-oħra, 9,890 persuna għamlu użu mill-korsijiet offruti mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja. Dan juri żjieda ta’ 32% fuq is-sena ta’ qabel. |
| 70% ta’ dawk li | jattendu huma nisa. Hija ċifra li tfisser li aktar nisa qed joħorġu jitgħallmu biex iżidu l-ħiliet tagħhom u l-kwalifiki li diġa’ għandhom. B’hekk, aktar nisa qed juru mpenn li jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol, u fuq kollox lesti javvanzaw fil-karriera tagħhom u allura jassumu aktar responsabilitajiet anke fid-dinja tax-xogħol. Dan hu sinjal importanti, konformi mal-politika tal-Gvern li jrid aktar nisa impenjati fid-dinja tax-xogħol. |
| Il-Ministru | tal-Edukazzjoni spjegat li dawn il-korsijiet jitqiesu bħala second chance education! Hija opportunitá oħra li noffru fil-qasam tat-tagħlim. Żagħżugħ jew żagħżugħa li forsi naqset milli takkwista s-suġġetti kollha biex tkompli l-edukazzjoni post-sekondarja jew terzjarja m’għandnix nagħlqulha l-bieb f’wiċċha u ngħidulha li m’hemmx aktar opportunitá għaliha. Għal persuna li qatt ma kellha l-opportunitá li titgħallem xi lingwa u forsi għandha bżonnha biex tavvanza fil-karriera tagħha, dawn il-korsijiet joffru din l-opportunitá. Fuq kollox, f’dinja globalizzata u mgħaġġla, ħadd ma jista’ jserraħ rasu li jaf kollox u li m’għandux bżonn jitgħallem ħiliet u kompetenzi ġodda. |
| Kull ġimgħa, se jkunu | offruti aktar minn 100 kors f’45 suġġett akkademiku f’kull livell, Sec, Intermediate u Matsec. B’kollox, inkluż il-korsijiet akkademiċi, ser jiġu offruti mal-500 kors fil-ġimgħa f’150 suġġett differenti, fi ġranet differenti u f’ħinijiet differenti, f’lokalitajiet differenti inkluż korsijiet fil-qasam tal-kompjuter, korsijiet f’diversi snajja, u anke fl-esprerssjoni kulturali: l-arti, l-mużika u d-drama. |
| Din is-sena se jiġu | ntrodotti 20 suġġett ġdid, fosthom f’lingwi ġodda bħaċ-Ċiniż, ir-Russu, l-Isvediż u l-Latin. Ser ikun hemm kors fejn kull ġimgħa, awtur Malti jkollu sessjoni interattiva mal-adulti sabiex jitkellem dwar ix-xogħlijiet letterarji tiegħu, l-influwenzi tiegħu u l-kitba kreattiva. |
| Se nibdew noffru | korsijiet ftit aktar innovattivi, imma bżonjużi fil-ħajja tal-lum, bħal: il-ħsieb kreattiv, id-drittijiet tal-konsumatur; kif tista’ tagħmel investiment finanzjarju bil-għaqal; kif tikber fl-etá u tibqa’ tieħu ħsieb saħħtek; kif tippjana l-irtirar mix-xogħol; kif timmaniġġja r-riżorsi umani; kif tista’ tieħu ħsieb il-karozza tiegħek u tagħmel xi xogħlijiet żgħar fuq il-makna; kif tibda negozju żgħir kif ukoll kif tista’ tagħmel xi xogħol ta’ lavur fil-ġebla Maltija. |
| Il-Ministru | enfasiżżat din is-sena għall-ewwel darba, kull applikant jaf sa liema livell se jwassal il-kors li qed japplika għalih. Illum, minħabba l-mobilitá dejjem aktar faċli ta’ min jaħdem, hi mportanti li kull ċertifikat akkwistat ikollu valur u għarfien internazzjonali. |
| Għalhekk, kif ġie | mwiegħed fl-aħħar Baġit, id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Malta Qualifications Council ħadmu ħafna flimkien biex il-korsijiet kollha għall-adulti jakkwistaw dan il-valur u għarfien. Dawk kollha li segwew b’mod sħiħ il-korsijiet fil-Malti, Ingliż u Matematika MQF Level 1, li saru matul is-sena akkademika 2009–2010, se jingħataw ċertifikat rikonoxxut uffiċjalment fuq livell parzjali MQF Level 1. |
| Għaddejja ħafna ħidma | biex matul is-sena li ġejja, numru kbir ta’ korsijiet li jsiru fl-Iskola tal-Arti, tad-Drama u l-Mużika, jkollhom dan l-għarfien ukoll. Beda ukoll ix-xogħol fuq korsijiet li huma fis-snajja u mgħallma minn dan id-Direttorat. |
| Dolores Cristina | qalet li din is-sena, anke bl-għajnuna tal-Kunsilli Lokali, ser nippruvaw nifirxu aktar it-tagħlim. Is-Segretarju Parlamentari Dr. Chris Said flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, qed jieħdu inizjattiva biex xi korsijiet bażiċi jsiru fil-qalba tal-komunitá. Dan huwa l-kunċett li bih irridu nwasslu l-korsijiet għall-adulti. |
| Il-Ministru awgurat | li anke din is-sena, aktar adulti japprofittaw rwieħhom minn dawn il-korsijiet. Din hu nvestiment ieħor kbir li l-Gvern qed jagħmel fit-tagħlim, biex nilħqu l-livelli ta’ eċċellenza li qed nimmiraw għalihom u kif imfissra fil-Viżjoni 2015. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990