Left arrow Mur Lura

JITNADDFU 18-IL ELF TUNNELLATA TA’ MATERJAL MINN LQUGħ TAL-ILMA TAX-XITA F’GħAWDEX

pr1536
Date Icon 19/08/2010
Waħda mill-inizjattivimarbuta mal-viżjoni eko-Għawdex, hija dik konnessa ma’ tindif ta’ lqugħ tal-ilma tax-xita fil-widien prinċipali fil-gżira ta’ Għawdex. F’dawn l-aħħar xhur beda xogħol ta’ tindif fl-inħawi magħrufa bħala l-Wied ta’ Żejta, limiti tar-Rabat, li jinkludu wkoll żewġ lqugħ ta’ l-ilma tax-xita. Fl-ewwel fażi ta’ dawn ix-xogħlijiet inġabru madwar 18-il elf tunnellata ta’ ħamla tal-wied u skart li twaddab b’mod vandalu f’dawn l-inħawi.
Dan qalitu dalgħodu l-Ministrugħal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, waqt żjara li għamlet fuq is-sit flimkien mal-Assistent Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex l-Onor. Frederick Azzopardi u uffiċjali oħra fl-istess Ministeru. Il-Ministru Giovanna Debono ħabbret ukoll li minn dil-ġimgħa se jibda x-xogħol ta’ tindif fiż-żewġ lqugħ tal-ilma tax-xita fil-wied ta’ Marsalforn li jinsab bejn ir-Rabat u l-bajja ta’ Marsalforn. Hija spjegat kif ix-xogħol f’dawn il-widien huwa parti minn proġett estensiv ta’ tindif ta’ lqugħ tal-ilma u tneħħija ta’ skart mill-widien, fid-dawl tal-viżjoni tal-gvern biex jagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika. Saħqet li din il-ħidma tawgura tajjeb għal aktar xogħol biex sas-sena 2012, jiġu mnaddfa ħafna mill-postijiet fejn hemm ilqugħ ta’ l-ilma tax-xita f’Għawdex. Żiedet tgħid li b’hekk se jittejbu l-faċilitajiet għall-ħażna ta’ l-ilma tax-xita fix-xhur tax-xitwa u b’hekk inqas minn dan l-ilma jintilef għall-baħar. Dan għandu jkun ta’ benefiċċju għas-settur agrikolu, minħabba li permezz ta’ din ir-riżorsa, l-bdiewa jagħmlu inqas pressjoni fuq il-water-table. Dan ix-xogħol se jwassal ukoll biex titjieb id-dehra ġenerali tal-kampanja fil-gżira ta’ Għawdex. L-aħħar fażi tax-xogħol f’dan il-wied se tkun inizjattiva ta’ restawr ekoloġiku li l-Ministeru għal Għawdex għandu fil-pjan li jwettaq flimkien mal-Università ta’ Malta.

Ix-xogħol li jinsab għaddej bħalissa fil-wied ta’ Żejta huwa dak marbut ma’ tiswija ta’ ħsara f’wieħed miż-żewġ ilqugħ tal-ilma tax-xita biex imbagħad ikun jista’ jingħata bidu għal fażi li jmiss li tinkludi t-tiswija ta’ ħitan u titjib ġenerali. Għadha kif għalqet sejħa għall-offerti maħruġa mill-Ministeru għal Għawdex fejn intlaqgħu applikazzjonijiet mingħand dawk interessati li jwettqu dan ix-xogħol.   

L-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett bdiet kmienidin is-sena permezz ta’ spezzjonijiet f’diversi widien madwar Għawdex minn uffiċjali tal-Ministeru għal Għawdex u dawk ta’ l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li fihom ġew identifikati postijiet li setgħu jitnaddfu mingħajr ma ssir ħsara ambjentali. Għall-aħħar ta’ Marzu, impjegati tat-Taqsima ta’ l-Indafa Pubblika fi ħdan id-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex, bdew inaddfu l-wied mill-iskart. Meta tlesta dan ix-xogħol, il-kumplament tat-tindif sar minn kuntratturi privati skont sejħa għall-offerti li nħarġet aktar qabel.
Id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-MEPAkkollabora mal-Ministeru għal Għawdex u kien ta’ gwida biex dawn ix-xogħolijiet setgħu jinbdew mill-iktar fis.
Danil-proġett huwa wieħed fost it-80 proposta tal-pjan ta’ azzjoni dwar il-viżjoni eko-Għawdex għal perjodu 2010-2012. Il-Ministeru għal Għawdex qed iwettaq dan il-pjan li hu ntiż li jgħolli l-istandards ta’ Żvilupp Sostenibbli f’Għawdex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow