Left arrow Go Back

SILTA MID-DISKORS TA’ L-ONOR JOE CASSAR, MINISTRU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ, FUQ ID-DIĠITIŻŻAZJONI TAL-X-RAY MACHINE TAĊ-ĊENTRU TAS-SAĦĦA FIL-MOSTA

pr1534
Date Icon 19/08/2010
Aktar kmieni dinis-sena, kont ħabbart li minn din is-sena, sabiex il-pazjenti jinqdew aħjar u b’aktar effiċjenza beda proċess sabiex x-rays li jittieħdu fiċ-Ċentri tas-Saħħa, ikunu jistgħu jiġu analiżżati, dak il-ħin stess, f’Mater Dei, mingħajr ma’ l-pazjent jiċċaqlaq miċ-Ċentru tas-Saħħa u dan permezz ta’ sistema diġitali.
Dan il-proċess sejibda uffiċjalment illum, bid-diġitiżżazjoni tal-X-Ray machine taċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Mosta.
Dan huwa pass importantigħal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett għaliex qed insaħħu s-servizz tal-Kura Primarja u t-tieni għaliex qed inkomplu id-diċentraliżżazjoni tas-servizzi tas-Saħħa.
Dan iċ-Ċentru tas-Saħħa,f’dan iż-żmien tas-sena jkollu influss qawwi minn bosta li jiġu lejn in-naħa ta’ fuq ta’ Malta biex igawdu s-sajf u għal-villeġġatura. Naturalment il-prevenzjoni hija l-aħjar soluzzjoni iżda dan mhux dejjem possibbli. Għalhekk nagħmlu tajjeb li nsaħħu wieħed mil-bosta servizzi ta’ dan iċ-Ċentru u nqisuh bħala l-ewwel pass f’direzzjoni li għandhom jieħdu s-servizzi tas-saħħa f’pajjiżna.
Nieħu din l-opportunitàbiex nirringrazzja lil-ħaddiema kollha li jaħdmu f’dan iċ-Ċentru tas-Saħħa u nispera li permezz ta’ din l-X-Ray machine, is-servizz ikompli jitjieb u jwitti t-triq għal titjib ieħor f’dan iċ-ċentru, fiċ-ċentri l-oħra u fis-servizz tas-saħħa kollu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow