Left arrow Mur Lura

Stqarrija: Il-Gvern wieġeb gћad-domandi u l-kjarifiċi li talbet il-Kummissjoni Ewropea

pr1530
Date Icon 18/08/2010
Il-Gvern jifhem l-interesstal-Kummissjoni Ewropea li titlob informazzjoni mingћand l-Istati Membri dwar proċessi differenti, fosthom dawk marbuta ma’ sejћiet gћall-offerti, fejn il-Kummissjoni tara li l-proċessi jitmexxew skont ir-regolamenti Ewropej.
Gћaldan il-gћan, matul il-ġimgћat li gћaddew il-Gvern bagħat it-tweġibiet u l-informazzjoni mitluba lill-istess Kummissjoni Ewropea dwar il-proċess tal-offerti gћall-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara.  Kif dejjem jigri waqt li għaddejja l-korrispondenza mal-Kummissjoni Ewropea, il-prassi stabbilita hi li l-ittri ma jiġux pubblikati qabel ma jintemm il-proċess.
Il-Gvern dejjem kien miftuħ li jagħtil-informazzjoni kollha meħtieġa.  L-Awditur Ġenerali ingħatatlu l-informazzjoni kollha qabel ma kkonkluda r-rapport f’investigazzjoni indipendenti li għamel u li damet għaddejja 11-il xahar.
Fir-rapport tiegħu l-Awditur Ġeneraliikkonkluda li ma kienx hemm korruzzjoni, kif pruvat timplika l-Oppożizzjoni.  Bil-kontra tal-Oppożizzjoni, il-Gvern jirrispetta l-konkluzjoni tal-Awditur Ġenerali.
Barra minnhekk il-Gvern iddiskutal-estensjoni tal-Power Station u pprovda l-informazzjoni kollha waqt dibattitu parlamentari mifrux fuq żewġ seduti.  F’dan id-dibattitu parlamentari il-Gvern ta informazzjoni u provda kjarifiki għall-mistoqsijiet kollha li resqet l-Oppożizzjoni, inkluż il-punti li reġa rrepeta l-Kap tal-Oppożizzjoni llum.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow