Left arrow Mur Lura

SUĊĊESS FL-ISKEMA F’GĦAWDEX

pr1528
Date Icon 18/08/2010
F’Mejju li għadda,l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (Pharmacy of Your Choice SCHEME) ġiet estiża għal Għawdex u għaldaqstant dawk il-pazjenti bil-Kartuna s-Safra u dawk li huma ntitolati għall-mediċini tad-diabete b’xejn mingħand il-Gvern, u li s-soltu kienu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżerija tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex setgħu jibdew jibbenifikaw minn din l-Iskema billi jirreġistraw mal-ispiżerija tal-għażla tagħhom f’Għawdex.
Bħal ma sar fil-passat,matul dan il-perjodu ta’ transizzjoni u sakemm il-pazjenti jiġu rreġistrati mal-Iskema tal-POYC, baqa’ jingħata wkoll is-servizz mill-Ispizerija tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Illum, u fi żmiemrelativament qasir, in-numru ta’ pazjenti Għawdxin li huma rreġistrati mal-POYC tela’ għal 6,625.  Dan jindika biċ-ċar li l-introduzzjoni tal-Iskema kienet suċċess.
Għalqadstant, ma baqaxiżjed il-ħtieġa li l-Ispizerija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex tibqa’ tagħti dan is-servizz minħabba l-fatt li l-pazjenti m’ghadhomx imorru l-Isptar għall-mediċini iżda qed imorru jiġbru l-mediċina tagħhom mill-ispiżerija tal-għażla tagħhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow