Left arrow Go Back

Il-Ministru Cristina żżur skola li tgħallem l-Ingliż lill-barranin: Industrija li ġġib 6% tat-turiżmu lejn Malta

pr1526
Date Icon 18/08/2010
L-istudenti obbligatijosservaw il-liġijiet tal-pajjiż
Waqtżjara li għamlet fl-EC School, waħda mill-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina qalet li din hi industrja li tikkontribwixxi għall-ekonomija tal-pajjiż billi ġġib aktar minn 6% tat-turiżmu lejn Malta kull sena.  Il-Ministru saħqet li l-istudenti li jiġu biex jitgħallmu l-Ingliż huma obbligati josservaw il-liġijiet tal-pajjiż u għalkemm huma ftit dawk li joħolqu problemi bl-imġieba tagħhom, dawn ma għandhomx ikunu tollerati u jekk ikun hemm bżonn jintbagħtu lura lejn pajjiżhom jekk jiksru l-liġijiet.
Il-Ministru Cristina qalet li t-tagħlim tal-lingwaIngliża lill-barranin huwa industrja li qed tagħti kontribut għall-ekonomija tal-pajjiż u qed ikompli jagħmel minn pajjiżna Ċentru ta’ Eċċellenza għat-tagħlim tal-lingwi fl-Ewropa.
Bħalissahawn 36 skola reġistrati biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin li bejniethom iħaddmu 1,252 għalliem, uħud minnhom fuq bażi part-time.
Matulis-sena li għaddiet (2009) ġew b’kollox 69,000 student u studenta barranin biex jitgħallmu l-Ingliż f’pajjiżna li l-parti l-kbira tagħhom kienu fl-eta’ ta’ 16 u 17-il sena, iżda kien hemm ukoll adulti u professjonisti oħra. Il-parti l-kbira minn dawn l-isudenti kienu ġejjin minn pajjiżi Ewropej: l-Italja, l-Ġermanja, Spanja, Franza u r-Russja li bejniethom ammontaw għal 72.4 tal-istudenti kollha.
Is-senali għaddiet, l-istudenti li ġew mill-Istati Uniti biex jitgħallmu l-Ingliż f’Malta, żdiedu fuq is-sena ta’ qabel. Jiġu wkoll studenti miċ-Ċina u pajjiżi oħra.  F’laqgħa li l-Ministru kellha aktar kmieni din il-ġimgħa mal-Ministru tal-Edukazzjoni tal-Kuwajt ħajjret ukoll biex jiġu studenti minn dak il-pajjiż biex jistudjaw l-Ingliż f’Malta.
Bħalamedja dawn l-istudenti damu Malta għal madwar 18-il ġurnata.  Dawk l-istudenti li jiġu għal korsijiet fix-xitwa jdumu aktar minn dawk li jagħmlu korsijiet fis-sajf għax idumu madwar 24 ġurnata.
Dawnl-iskejjel illum huma miġbura f’Federazzjoni u għandhom relazzjoni tajba mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.
Il-Ministru qalet li hi ħasra li n-numru ta’ familjili jilqgħu għandhom lil dawn l-istudenti, minkejja l-inċentivi fiskali tal-Gvern, qegħdin jonqsu.  Dawn kienu jiffurmaw parti ntegrali minn din l-industrja u kienu jservu ta’ ġid lill-istudenti nfushom.
Is-SurAndrew Mangion, Kap tal-Iskola qal li għalkemm fis-sena li għaddiet, minħabba l-kriżi ekonomika internazzjonali li laqtet diversi pajjiżi, in-numru ta’ dawn l-istudenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż f’Malta naqas xi ftit, din is-sena hu mistenni li din l-industrja tirreġistra żjieda fin-numru ta’ studenti u l-prospetti għas-sena d-dieħla huma tajbin ukoll.
Dwarl-imġieba ħażin ta’ xi studenti, l-Ministru Cristina sostniet li kemm l-iskejjel tal-Ingliż infushom kif ukoll l-awtoritajiet iridu jikkontrollaw lill-istudenti.  Hi ssuġġeriet li qabel l-isudenti jħallu pajjiżhom biex jiġu lejn Malta għandhom ikunu  nfurmati b’dak li hu mistenni minnhom waqt li jkunu f’Malta.  F’dan jistgħu jagħtu sehemhom kemm l-iskejjel li se jilqgħu l-istudenti kif ukoll l-ambaxxati Maltin minfejn jiġu dawn l-istudenti.
Filwaqtli kkundannat kull inċident, il-Ministru appellat biex dawk ‘imqarbin’ ikunu kontrollati, imma m’għandux jingħata isem ħażin lil dawn l-iskejjel li qed joffru servizz ta’ livell u jgħinu lill-ekonomija tal-pajjiż.
JamesCalleja, Chairman tal-Monitoring Board ta’ dawn l-iskejjel qal li l-Bord qed jesiġi standards għolja minn dawn l-iskejjel u s-sena li għaddiet kien hemm 14-il skola li ma ġġeditilhomx il-liċenzja għax ma laħqux il-livelli mixtieqa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow