Left arrow Go Back

MIJIET JAĦTFU L-OPPORTUNITA‘ GĦAL TAĦRIĠ FL-ICT

pr1525
Date Icon 18/08/2010
Mijiet ta’ nies applikawsabiex jiksbu Diploma Nazzjonali mingħajr ħlas, grażżi għall-programm ta’ taħriġ Second Step. L-Aġenzija tat-Teknoloġija tal-Informatika ta’ Malta (MITA) irċeviet total ta’ 375 applikazzjoni għal dan il-programm li permezz tiegħu wieħed jista’ jikseb Diploma Nazzjonali f’Sistemi Informatiċi, fit-Teknoloġija u l-informatika jew f’Kompjuting u Sistemi Informatiċi.
L-ammonthekk kbir ta’ applikazzjonijiet huwa indikazzjoni ċara li hemm talba sostanzjali għal iżjed taħriġ f’ħiliet fil-qasam tal-ICT fost il-Maltin. Dan il-fatt juri wkoll kemm għandha raġun il-MITA li toħloq programmi nazzjonali ta’ taħriġ bl-iskop li jattiraw aktar riżori umani lejn dan is-settur minn fost sorsi varji, fosthom dawk li diġà għandhom impjieg.
Informazzjoni miġbura s’issa turi li persentaġġgħoli tal-popolazzjoni (80.1%) tikkonsidra l-korsijiet part-time bħala mod ta’ kif wieħed jista’ jassigura mpjieg aħjar u anke jibda karriera fil-qasam tat-Teknoloġija tal-Informatika.  Minkejja l-fatt li dan is-settur għadu ddominat mill-irġiel, huwa ta’ inkoraġġiment kbir li madwar terż tal-appikanti għal dan il-kors huma nisa. Din ir-rata għolja ta’ parteċipazzjoni ta’ applikanti ta’ etajiet differenti, fosthom dawk li għandhom ‘l fuq minn erbgħin sena (31%), turi l-interess tan-nies li qed jagħrfu l-ħtieġa tat-tagħlim matul il-ħajja billi jaħtfu l-opportunitajiet li joffru dawn il-programmi ta’ taħriġ fil-qasam tat-Teknoloġija tal-Informatika.
L-informazzjonituri wkoll li 55% tal-applikanti għandhom impjieg full time, 16% huma impjegati fuq bażi part time, mentri 17% huma bla xogħol. Huwa interessanti, li 12% tal-applikanti huma studenti full-time li qed jistudjaw suġġett li mhux relatat mat-Teknoloġija tal-Informatika.
Ir-raġuni ewlenijali għaliha l-parteċipanti applikaw għal dan il-programm hija għaliex jemmnu li diploma fl-ICT għandha twassal għal aktar opportunitajiet għal impjieg (31%). Raġunijiet oħra li ssemmew kienu: żvillupp tal-karriera (22%); titjib fil-livell ta’ għarfien dwar it-Teknoloġija tal-Informatika (21%), bidla għal karriera fl-ICT (18%) u ritorn għad-dinja tax-xogħol (8%).
Il-Programm SecondStep huwa organizzat mill-MITA u ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fondi Soċjali Ewropej (85%) u Fondi Nazzjonali (15%). It-taħriġ ser jingħata minn istituzzjoni edukattiva privata, li tinsab il-Mosta, iżda 40% tal-kors jista’ jiġi segwit online permezz ta’ sistema speċjallizzata li ġiet żvilluppata apposta għal dan il-programm.
Iċ-Chairman  tal-MITA,is-Sur Claudio Grech, qal li “din ir-risposta tant pożittiva turi b’mod ċar li l-pjanijiet tal-MITA għall-provvista ta’ riżorsi umani fis-settur tat-Teknoloġija tal-Informatika  huma tajbin. Nemmnu li hemm ammont kbir ta’ individwi li għandhom il-kapaċità li jibnu karriera f’dan is-settur u dawn jistgħu jiġu attirati lejn it-Teknoloġija tal-Informatika biex tintlaħaq aħjar id-domanda tal-industrija permezz ta’ programm bħal dan. Issa, l-isfida hija sabiex inkomplu niżviluppaw korsijiet innovattivi f’dan il-qasam bil-ħsieb li nkomplu nattiraw dan it-talent.”
Bħalissa l-applikazzjonijietkollha qed jiġu evalwati, proċess li għandu jwassal sal-aħħar t’Awwissu, meta l-Aġenzija ser tinforma l-applikanti jekk ġewx aċċettati jew le. Dawk li ma jkollhomx ir-rekwisti kollha neċċessarji għandhom jagħmlu aptitude test sabiex jiġi deċiż jekk għandhomx il-livell neċessarju biex jispiċċaw b’suċċess dan it-taħriġ.
Il-programmSecond Step se jibda f’nofs Settembru 2010.
MITA hija l-Aġenzijaewlenija tal-Gvern li hija responsabbli għall-politika, programmi u inizjattivi li għandhom x’jaqsmu mal-ICT f’Malta. L-Aġenzija tmexxi l-implimentazzjoni ta’ programmi tal-ICT tal-Gvern, tiffoka fuq it-titjib ta’ servizzi għall-pubbliku u tipprovdi l-infrastruttura meħtieġa għall-provista ta’ servizzi tal-ICT lill-Gvern. MITA hija responsabbli wkoll għall-promozzjoni tal-ICT fis-soċjetà u fl-ekonomija, u għall-promozzjoni u t-twettiq ta’ programmi li għandhom l-għan li jtejbu l-edukazzjoni tal-ICT u l-użu tal-ICT għat-tagħlim.

SESS

ETA’

BAŻI

SESS

ETA’

BAŻI

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow