Left arrow Mur Lura

REĠISTRAZZJONI TA’ LIFTS

pr1523
Date Icon 18/08/2010

L-Awtorità Maltija dwar l-iStandards (MSA) tixtieq tfakkar lil kull min jinstalla lifts u kull min hu sid ta’ lift,  li kull lift għandu jiġi reġistrat mal-MSA permezz tal-formoli maħruġin apposta li jinstabu fuq is-sit elettroniku www.msa.org.mt/rad/lifts/index.htm

Skondir-Regolamenti dwar l-Ispezzjonijiet tal-Lifts (Avviż Legali 231 ta’ l-2007), kull min jinstalla lift huwa obbligat li jirreġistra kull lift li nstalla mill-1 ta’ Lulju 2002 ‘il quddiem. Dawn huma magħrufa bħala lifts “ġodda”. Huwa obbligatorju wkoll li lifts installati sat-30 ta’ Ġunju 2002, magħrufa bħala lifts “eżistenti”, jiġu wkoll reġistrati minn kull min hu responsabbli minn jew hu sid ta’ dak il-lift.
L-obbligilegali li jitolbu li lifts jiġu reġistrati kif spjegat hawn fuq ilhom fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2008 f’każ ta’ lifts ġodda u mill-1 ta’ Jannar 2009 f’każ ta’ lifts eżistenti, u japplikaw b’mod retrospettiv.
Azzjoni ser tittiehed fuq kull lift li majiġix reġistrat u tista’ tinkludi restrizzjoni fuq l-użu tal-lift.

Kull min jixtieq aktar informazzjoni jew għandu xi mistoqsiiet dwar din il-kwistjoni jista’ jikkuntattja lill-MSA fuq telefon 2395 2000 jew email fuq helpdesk.msa@msa.org.mt .

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow