Left arrow Mur Lura

APPUNTAR TA’ KORPI APPROVATI BIEX JISPEZZJONAW LIFTS

pr1522
Date Icon 18/08/2010
Skondir-Regolamenti dwar l-Inspezzjonijiet tal-Lifts (Avviż Legali 231 ta’ l-2007), kull lift irid jiġi ispezzjonat u eżaminat perjodikament minn korpi approvati mill-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards (MSA) magħrufa bħala “Authorised Conformity Assessment Bodies” (ACABs).
Hijar-responsabbilta’ ta’ persuni responsabbli mill-lift jew is-sidien tal-lift li jappuntaw ACAB u jiżguraw li dawn l-ispezzjonijiet u eżamijiet isiru skond kif tirrekjedi l-liġi.

L-MSA tixtieq tfakkar lill-persuni responsabbli u sidien ta’ lifts li huma għandhom kull dritt jagħżlu ACAB li jixtiequ huma, sakemm dan l-ACAB huwa uffiċjalment approvat mill-MSA. Lista aġġornata ta’ ACABs approvati tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità www.msa.org.mt/rad/lifts/index.htm

Fi żmien 28 ġurnata wara d-data li jkun imiss ispezzjoni jew eżami, il-persuna responsabbli jew sid il-lift huwa obbligat jibgħat ir-rapport tal-ACAB lill-MSA (f’każ ta’ lifts f’bini residenzjali) jew l-Awtorita’ Maltija dwar is-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-post tax-Xogħol (f’każ ta’ lifts f’postijiet tax-xogħol). Dawn it-tip ta’ ispezzjonijiet huma addizzjonali għal xogħol ta’ “servicing” u manutenzjoni li jsir normalment minn dawk li jinstallaw il-lift.

Kull min jixtieq aktar informazzjoni jew għandu xi mistoqsiiet dwar din il-kwistjoni jista’ jikkuntattja lill-MSA fuq telefon 2395 2000 jew email fuq helpdesk.msa@msa.org.mt .

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow