Left arrow Go Back

JITNIEDA L-MALTA GRAND SUMMER CARNIVAL LI SE JSIR F’SAN PAWL IL-BAĦAR

pr1519
Date Icon 17/08/2010
Il-Kunsill Lokali ta’San Pawl il-Baħar qed jirċievi finanzjament addizzjonali mill-Gvern ċentrali biex jagħmel tajjeb għall-problemi maħluqa fix-xhur tas-sajf riżultat taż-żieda drastika fil-popolazzjoni b’mod partikolari ta’ turisti.
Dan il-Kunsill Lokali,u Kunsilli responsabbli għal-lokalitajiet li għandhom ħtiġijiet speċjali, qed igawdu mill-Fond għal-Lokalitajiet bi Bżonnijiet Speċjali, imwaqqaf propju biex jgħin f’ċertu sitwazzjonijiet. Hekk per eżempju fix-xhur tas-sajf tiżdied il-pressjoni fuq l-infrastruttura u fuq ir-riżorsi ta’ San Pawl il-Baħar u għaldaqstant dan ikun jinħtieġ għajnuna finanzjarja addizzjonali.
Dan qalu s-SegretarjuParlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said meta indirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha tniedew l-attivitajiet tal-Malta Grand Summer Carnival li se jkun organizzat minn Catwalk Productions bi sħab mal-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar. Din l-inizjattiva se ssir bejn is-Sibt 21 u l-Ħadd 22 ta’ Awwissu fil-Pjazza ewlenija u f’Dawret il-Gżejjer f’Buġibba.
Din hi l-ewwel darbali attivitajiet tal-Karnival se jkunu organizzati fl-eqqel tas-sajf u l-idea hi li t-turisti li jinsabu f’pajjiżna jingħataw togħma ta’ kif ikun organizzat il-Karnival f’pajjiżna. Se jkunu involuti ammont sostanzjali ta’ parteċipanti fosthom il’ fuq minn 600 żeffien u karristi kemm minn Malta kif ukoll minn Għawdex. F’din l-attivita’ se jintużaw karrijiet li saru apposta kif ukoll kostumi u maskaruni li ntużaw fil-Karnival ta’ Frar. Għall-ewwel darba se jieħdu sehem ukoll karrijiet tal-Karnival minn Għawdex. Se jkun hemm ukoll ġostra fil-baħar, żfin minn tfal ta’ diversi skejjel, karrijiet, maskaruni u gruppi ta’ żfin tal-karnival Maltin u Għawdxin.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar li permezz tagħha se jkun qed jagħmel riklam tajjeb għall-Karnival Malti. Barra minn hekk se jgħin lis-settur tan-negozju fil-lokalita’ billi se jkun qed jattira aktar Maltin u turisti lejn din il-lokalita’.
Hu qal li l-Fond għalBżonnijiet Speċjali inħoloq minħabba sitwazzjoni bħal dawn. Il-Fond għal-Lokalitajiet bi Bżonnijiet Speċjali twaqqaf apposta fl-2009 biex permezz tiegħu il-Kunsilli Lokali jingħataw finanzjament addizzjonali għal responsabiltajiet diretti li huma għandhom iżda li l-allokazzjoni finanzjarja li jirċievu ma taħsibx biżżejjed għalihom. Dan peress li l-allokazzjoni diretta hi maħduma fuq diversi fatturi fosthom fuq il-popolazzjoni residenti.
Permezz ta’ danil-fond jiġu indirizzati diversi problemi maħluqa minħabba żieda temporanja fin-numru ta’ nies li jgħixu jew jgħaddu minn dak il-lokal kif ukoll minħabba kawżi oħra. Il-fondi miksuba permezz ta’ dan il-fond jistgħu jintużaw għall-ġbir ta’ skart, tindif u manutenzjoni.
Din is-sena 25Kunsill Lokali se jieħdu 530,000 ewro bejniethom biex jindirizzaw ħtiġijiet speċjali li għandhom fil-lokalitajiet tagħhom riżultat ta’ realtajiet partikolari li mhux neċessarjament jeżistu f’lokalitajiet oħra.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow