Left arrow Go Back

ĦIDMA FAVUR IS-SOSTENNIBILITA’ MILL-KUNSILL LOKALI TA’ ĦAL SAFI

pr1518
Date Icon 17/08/2010
Inawgurati pannellifoto-voltaiċi u proġett ta’ tisbiħ ta’ Misraħ San Ġużepp
Il-Kunsilli Lokaliqed jingħataw l-għodda meħtieġa biex verament jagħmlu d-differenza fil-komunitajiet li jirrappreżentaw. Ħafna Kunsilli Lokali qed jagħmlu xogħol siewi għall-ġid tar-residenti u qed jirnexxilhom isebbħu l-ambjent fil-lokalitajiet tagħhom permezz ta’ proġetti ta’ kwalita’. Oħrajn qed jutilizzaw bl-aħjar mod skemi maħruġa apposta biex jinvestu f’tagħmir u sorsi ta’ enerġija alternattiva.
Is-SegretarjuParlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said qal dan meta żar il-lokalita’ ta’ Ħal Safi fejn inawgura proġett ta’ pannelli fotovoltaiċi li kienu installati fuq l-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill Lokali u inawgura wkoll proġett ta’ tisbiħ li sar f’Misraħ San Ġużepp. Hu kien akkumpanjat mill-Assistent Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Franco Debono.
Is-Sindku ta’ ĦalSafi Pietru Pawl Busuttil spjega kif il-pannelli kienu installati bl-għajnuna tal-Iskema għall-Enerġija Altnernattiva filwaqt li x-xogħlijiet f’Misraħ San Ġużepp saru bil-Fond għall-Iżvilupp Urban tal-MEPA. Ix-xogħlijiet f’dan il-Misraħ kienu jinkludu tisbiħ ġenerali u l-istallazzjoni ta’ għajn tal-ilma f’post fejn fl-imgħoddi kien hemm waħda bħalha.
Il-Kunsill Lokali ĦalSafi kien wieħed mill-Kunsilli Lokali li akkwista finanzjament mill-Gvern ċentrali permezz tal-Iskema għall-Enerġija Alternattiva biex jagħmlu pannelli foto-voltaiċi jew solar water heaters fuq il-bini tal-uffiċċju amministrattiv. Chris Said qal li bl-installazzjoni ta’ sistemi ta’ enerġija alternattiva, il-Kunsilli Lokali qed jagħtu eżempju lill-bqija tal-komunita’ b’impenn favur anqas tniġġiż u favur l-użu ta’ enerġija rinovabbli. Il-Kunsilli Lokali li qed jistallaw dawn it-tip ta’ sistemi, qed jgħinu biex ikunu ffrankati tunnellati ta’ Co2 mill-atmosfera fis-sena; se jnaqqsu drastikament il-kont tad-dawl u l-ilma, għal uħud il-kont tad-dawl se jiġi b’xejn, u f’qasir żmien se jkunu jistgu jibdew jitfgħu elettriku żejjed fil-qafas tal-Enemalta.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said qal li bejn l-2009 u l-2010, il-Gvern se jkun ta 615,000 ewro f’inċentivi biex Kunsilli Lokali jipproduċu enerġija alternattiva. Dan juri kemm il-Gvern kif ukoll il-Kunsilli Lokali qed jaħdmu biex tiżdied il-kuxjenza ambjentali f’pajjiżna.
Il-Kunsill Lokali ta’Ħal Safi utilizza b’suċċess ukoll il-Fond għall-Iżvilupp Urban tal-MEPA biex wettaq xogħlijiet ta’ tisbiħ f’Misraħ San Ġużepp. Dan il-fond jitħaddem bil-kunċett tal-planning gain, fih madwar tliet miljun ewro u hu maħsub biex jgħin lokalitajiet jiżviluppaw b’mod sostenibbli.
Dr Said ghalaq billiqal li fl-2009 kienu iffirmati tmien kuntratti għal daqstant proġetti għall-valur ta’ aktar minn 200,000 ewro. F’April li għadda kienu ffirmati 21 kuntratt b’valur ta’ 900,000 ewro fi 17-il lokalita’.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow