Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KONSUMATURI, KOMPETIZZJONI ĠUSTA, KUNSILLI LOKALI U KONSULTAZZJONI PUBBLIKA FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr1517
Date Icon 17/08/2010
Xogħlijiet f’922 triqresidenzjali fi tliet snin u nofs
L-Oppożizzjoni qedtkompli bil-kampanja negattiva ta’ miżinformazzjoni dwar ix-xogħlijiet fit-toroq residenzjali li qed isiru mill-Kunsilli Lokali bl-għajnuna finanzjarja tal-Gvern ċentrali.
Fit-tentattiv lijippruvaw jiskreditaw il-ħidma u l-impenn tal-maġġoranza tal-Kunsilli Lokali biex itejbu t-toroq residenzjali bl-użu tal-finanzjament li għaddilhom il-Gvern, il-kelliema tal-Oppożizzjoni qed jivvintaw ċifri u numri li ma jirriflettux ir-realta’ u mingħajr ma jivverifikaw il-fatti. Tant hu hekk li f’temp ta’ ġimgħa l-kelliem Laburista għall-Infrastruttura u Xogħlijiet Pubbliċi Charles Buhagiar u l-kelliem Laburista għall-Kunsilli Lokali Stefan Buontempo ma qablux dwar in-numru ta’ toroq residenzjali li sar jew qed isir xogħol fuqhom.
Il-fatti jibqgħu libejn l-2008 u l-2011 se jkunu inbnew u saru xogħlijiet f’922 triq residenzjali. Fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari 19277, jingħad ċar u tond li fis-sentejn u nofs li għaddew Transport Malta lestiet 177 triq residenzjali. Bejn issa u l-ewwel xhur tas-sena d-dieħla Transport Malta se tkun qed tlesti 137 triq residenzjali oħra. Dawn huma kollha toroq li qed jinbnew għall-ewwel darba.
Fl-2009 il-KunsilliLokali ngħataw ħames miljun ewro biex għamlu xogħlijiet f’160 triq residenzjali. Ġimgħa ilu s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali ħabbar tliet skemi u l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja sostanzjali biex isiru 448 triq residenzjali ohra f’47 lokalita’. L-investiment komplessiv fit-toroq li se jsiru mill-Kunsilli Lokali ilaħħaq it-13.5 miljun ewro.
F’dawn il-ġimgħatil-Gvern qed ikompli jipproċessa talbiet minn aktar Kunsilli Lokali biex ikun approvat il-finanzjament u l-irranġar ta’ aktar toroq residenzjali.
Dan kollu juri lil-Oppożizzjoni Laburista għandha biss l-iskop li tkompli tħawwad l-imħuħ u qed jivvintaw ċifri żbaljati apposta.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow