Left arrow Go Back

IL-MINISTRU DOLORES CRISTINA F’LAQGĦA MAL-PRESIDENT TAL-MFA

pr1516
Date Icon 17/08/2010
Il-Ministrutal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja, l-Onor. Dolores Cristina dalgħodu kellha laqgħa ma’ Norman Darmanin Demajo, il-President il-ġdid tal-Malta Football Association.
Filwaqt li ferħetlill-President il-ġdid tal-Assoċjazzjoni għall-kariga ġdida tiegħu, il-Ministru estendiet l-appoġġ tagħha għall-ħidma tal-Assoċjazzjoni fl-interess tal-logħba tal-football u aktar għall-ħidma li ssir biex tfal u żgħażagħ ikunu mħajra jipparteċipaw f’dan l-isport popolari li jgħinhom jgħixu ħajja b’saħħitha u ’l bogħod mill-perikli.
Il-Ministru nsistietli l-iskejjel tal-Istat qegħdin hemm ukoll għall-użu tal-komunita`, inkluż il-klabbs u n-nurseries tal-football u għaqdiet sportivi oħra, bi ftehim mal-kapijiet tal-iskejjel rispettivi.
Is-Sur DarmaninDemajo rringrazzja lill-Ministru għal din il-laqgħa u għall-kooperazzjoni li qed testendi lill-Assoċjazzjoni u assiguraha li l-MFA lesta tagħti s-sehem tagħha lejn soċjeta` b’saħħitha permezz tal-isport u lesta tkompli tinvesti f’dan is-settur jekk issib il-koperazzjoni meħtieġa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow