Left arrow Mur Lura

IL-QASAM TAS-SAĦĦA DISKUSS BEJN MALTA U L-KUWAIT

pr1515
Date Icon 17/08/2010
Il-Ministru tas-Saħħa,l-Anzjani u Kura fil-Kommunita`, l-Onor Joe Cassar kellu laqgħa ma’ Dr. Hilal Musaed al-Sayer, Ministru tas-Saħħa tal-Kuwait. Hu ġie Malta flimkien ma’ delegazzjoni għolja mill-Kuwait sabiex jattendu għall-funeral statali tal-President Emeritus Guido de Marco.
Fil-laqgħa li għalihakienu preżenti wkoll is-Segretarju Permanenti Dr Kenneth Grech flimkien mad-Direttur Ġenerali tal-Istrateġija u Sostennibilita` Dr Natasha Azzopardi Muscat, kienet diskussa l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fil-qasam tas-Saħħa.
Iż-żewġ Ministritkellmu dwar il-qafas ta’ kollaborazzjoni li diġa` jeżisti fil-qasam tas-Saħħa u ddiskutew dwar sfidi komuni li qed jiffaċċjaw kemm Malta u l-Kuwait biex jirreklutaw riżorsi umani bħal infermiera. Iż-żewġ Ministri qasmu l-ħsibijiet tagħhom dwar l-iżviluppi li qegħdin isiru b’mod speċjali fit-teknoloġija avvanzata għall-kura tal-kanċer.
Il-Ministru Cassarspjega kif Malta għal dawn l-aħħar sentejn ħadmet b’mod intensiv biex issaħħaħ it-taħriġ fil-livell speċjalizzat u tenna l-offerta tiegħu li jibni fuq ir-relazzjoni eżistenti ta’ taħriġ għal studenti tal-mediċina mill-Kuwait billi joffri postijiet għal taħriġ speċjalizzat għal tobba mill-Kuwait fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministru tas-Saħħatal-Kuwait stieden lill-Ministru Cassar biex iżur il-Kuwait fil-ġejjieni.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow