IL-QASAM TAS-SAĦĦA DISKUSS BEJN MALTA U L-KUWAIT
pr1515
17/08/2010
| Il-Ministru tas-Saħħa, | l-Anzjani u Kura fil-Kommunita`, l-Onor Joe Cassar kellu laqgħa ma’ Dr. Hilal Musaed al-Sayer, Ministru tas-Saħħa tal-Kuwait. Hu ġie Malta flimkien ma’ delegazzjoni għolja mill-Kuwait sabiex jattendu għall-funeral statali tal-President Emeritus Guido de Marco. |
| Fil-laqgħa li għaliha | kienu preżenti wkoll is-Segretarju Permanenti Dr Kenneth Grech flimkien mad-Direttur Ġenerali tal-Istrateġija u Sostennibilita` Dr Natasha Azzopardi Muscat, kienet diskussa l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fil-qasam tas-Saħħa. |
| Iż-żewġ Ministri | tkellmu dwar il-qafas ta’ kollaborazzjoni li diġa` jeżisti fil-qasam tas-Saħħa u ddiskutew dwar sfidi komuni li qed jiffaċċjaw kemm Malta u l-Kuwait biex jirreklutaw riżorsi umani bħal infermiera. Iż-żewġ Ministri qasmu l-ħsibijiet tagħhom dwar l-iżviluppi li qegħdin isiru b’mod speċjali fit-teknoloġija avvanzata għall-kura tal-kanċer. |
| Il-Ministru Cassar | spjega kif Malta għal dawn l-aħħar sentejn ħadmet b’mod intensiv biex issaħħaħ it-taħriġ fil-livell speċjalizzat u tenna l-offerta tiegħu li jibni fuq ir-relazzjoni eżistenti ta’ taħriġ għal studenti tal-mediċina mill-Kuwait billi joffri postijiet għal taħriġ speċjalizzat għal tobba mill-Kuwait fl-Isptar Mater Dei. |
| Il-Ministru tas-Saħħa | tal-Kuwait stieden lill-Ministru Cassar biex iżur il-Kuwait fil-ġejjieni. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990