L-Onor. Clyde Puli jiltaqa’ mal-President il-ġdid tal-Malta football association (MFA)
pr1509
17/08/2010
L-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żagħżagħ u Sport kellu żjara ta’ kortesija mill-President il-ġdid tal-MFA s-Sur Norman Darmanin Demajo, akkumpanjat minn uffiċjali għolja tal-football Malti.
| Waqt | din iz-zjara is-Sur Darmanin Demajo ppreżenta l-pjan ta’ ħidma tal-MFA għas-snin li ġejjin fost il-ħidma li tixtieq twettaq l-MFA huwa semma oqsma differenti fejn jista’ jkun hemm aktar koperazzjoni bejn il-Gvern u l-MFA. Is-Sur Darmanin Demajo wera x-xewqa li kull klabb ikollu faċilita’ sportiva adekwata u aktar użu tal-istadium nazzjonali. Darmanin Demajo tkellem wkoll dwar it-taħriġ għall-amministraturi sportivi sabiex tiżdied il-professjonalita’ fl-isport. |
| Fid-diskors | tiegħu l-Onor. Clyde Puli wiegħed l-appoġġ tal-Gvern lill-Assoċjazzjoni u awgura li l-Gvern u din l-entita’ sportiva jaħdmu flimkien biex jimmodernizzaw l-amministrazzjoni sportiva u l-isport f’pajjiżna. |
| L-Onor. Puli sosta li l-Gvern dejjem kien hemm biex | jgħin lil din Assoċjazzjoni u lill-football Malti u fakkar kif il-gvern bħalissa qed jgħin lil dan l-isport b’diversi modi. Hu fakkar kif għal din is-sena, l-Gvern ikkommetta li jissussidja €754,771.90, fuq il-kirjiet tal-grounds li jfisser €150,000 żieda fuq sentejn ilu. Permezz ta’ din l-iskema l-Gvern din is-sena se jkun qed jgħin 34 klabb. |
| Apparti dan il-Gvern se jkun ukoll qed jgħin 51 | klabb b’assistenza ta’ €263,383.68 sabiex ikomplu jiżviluppaw l-isport u l-football. Dawn jinkudu skema għat-titjib tal-faċilita’ sportica, manutenzjoni tal-faċilita’ sportiva, sabiex isiru t-testijiet tad-doping, l-użu ta’ faċilitajiet tal-Kunsill Malti ghall-Isport (KMS) u għal xiri ta’ apparat. |
| L-Onor | Puli qal li l-Gvern qiegħed ukoll jagħti inċentiv fiskali lill-ġenituri li jibgħatu t-tfal tagħhom f’xi nursery. Dan biex tkompli tikber aktar il-kultura sportiva f’pajjiżna anke f’din id-dixxiplina sportiva. |
| Is-Segretarju | Parlamentari fakkar kif f’inizjattiva bejn l-iSport Promotion Unit (SPU) tal-Kunsill Malti għall-iSport u l-Malta Football Association, din is-sena kien organizzat festival ta’ futsal għat-tfal minn skejjel differenti li fih ħadu sehem madwar 1,500 tifel u tifla. |
| Is-Segretarju | Parlamentari feraħ lis-Sur Norman Darmanin Demajo għall-kariga l-ġdida tiegħu u fl-istess waqt sellem u rringrazzja lil Dr Joe Mifsud għall-kontibuzzjoni tiegħu lill-Assoċjazzjoni u lill-Football Malti. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990