Imnedija l-iskema ta’ Boroż ta’ Studju għal min jixtieq jagħmel l-ewwel Degree Universitarju
pr1508
17/08/2010
| Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja qed | iniedi l-iskema tal-Malta Government Scholarship Scheme (MGSS) – Undergraduate. Din hi miftuħa għal kull min jixtieq jagħmel l-ewwel grad (degree) universitarju u mhux reġistrat mal-Università ta’ Malta jew fil-Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST). |
| L-għan | ta’ din l-iskema hi li: |
· Tinkoraġixxi aktar studenti li jkomplu l-istudju tagħhom f’livell universitarju kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna;
· Tinkoraġixxi studji akkademiċi ta’ eċċellenza permezz tas-settur privat;
· Toffri liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin firxa aktar wiesa’ minn fejn jagħżlu l-istudji li jixtiequ jkomplu u l-istituzzjonijiet fejn jixtiequ jistudjaw.
| L-istudenti li jidħlu għal din l-iskema jridu | jagħżlu studji li jwasslu għall-ewwel grad (degree) universitarju li jkun ċertifikat mill-MQRIC bħala MQF Livell 6. |
| Minn din | is-sena, dawk l-istudenti li parti minn dan il-kors iwassal għal kwalifika fuq Livell 5, jingħataw għotja ta’ darba ta’ €1,220.61 meta l-istudent jiggradwa għal din il-kwalifika. |
| Kull | applikant li jikkwalifika taħt din l-iskema jingħata din l-għajnuna finanzjarja: |
| 1. Ħlas | ta’ €83.86 kull erba’ ġimgħat bejn l-1 ta’ Ottubru u t-30 ta’ Ġunju; |
| 2. Is-somma | ta’ €465.87 għal kull sena akkademika fejn l-istudji qed iwasslu direttament għall-kwalifika fuq Livell 6; |
| 3. Is-somma | ta’ darba ta’ €465.87 pagabbli fl-ewwel sena. |
| Il-Gvern | qed jidentifika numru ta’ oqsma ta’ priorità fejn dawk l-applikanti jagħżlu li jistudjaw dawn is-suġġetti, jieħdu din l-għajnuna finanzjarja: |
| 1. Ħlas | ta’ €146.75 kull erba’ ġimgħat bejn l-1 ta’ Ottubru u t-30 ta’ Ġunju; |
| 2. Is-somma | ta’ €698.81 għal kull sena akkademika fejn l-istudji qed iwasslu direttament għall-kwalifika fuq Livell 6; |
| 3. Is-somma | ta’ darba ta’ €698.81 pagabbli fl-ewwel sena. |
Aktar dettalji jinstabu fuq is-sit elettroniku: http://www.education.gov.mt/mgss_ug.htm
F’każ ta’ diffikulta, persuna tista’ tibgħat e-mail fuq ugscholarships.meef@gov.mt jew iċċempel fuq in-numru 2598 2230.
| Din | l-iskema ta’ boroż ta’ studju hi amministrata mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja. |
| Mill-2007 ’l hawn ibbenifikaw minn din l-iskema 307 | żagħżugħ u żagħżugħa. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990