STQARRIJA TA’ RINGRAZZJAMENT MILL-FAMILJA DE MARCO
pr1506
16/08/2010
| Nixtiequ | minn qalbna nirringrazzjaw lil dawk kollha, li pubblikament jew privatament, qasmu magħna s-sentimenti ta’ telfa u niket wara l-mewt tal-maħbub tagħna Guido. Aħna nirringrazzjaw ukoll lill-membri tal-istampa għall-mod professjonali, dinjituż u rispettabbli li bih għamlu d-dover tagħhom. |
| Jgħidu | li ż-żmien ifejjaq. Għall-familja tagħna, din il-mewġa ta’ rispett u mħabba għenitna f’dan iż-żmien diffiċli. Aħna nħossuna magħqudin f’din it-telfa mal-poplu Malti li ħabbu u rrispettah daqshekk. Is-sentimenti espressi matul dawn l-aħħar ġranet enfasizzaw l-imħabba tiegħu bla tarf lejn dan il-pajjiż. Ħafna stqarrew kif għalih il-politika kienet il-mezz biex jintlaħaq skop wieħed: kwalità tal-ħajja aħjar għall-poplu. Ħafna minn dawk li kienu jafuh bħala avukat jew bħala professur universitarju kitbu dwar l-imħabba tiegħu għal-Liġi u dwar kif kien jemmen li s-saltna tad-dritt hi li tagħmilna ħielsa. Hu kien iħobb il-ħajja u għalhekk ried li kull minuta ta’ ħajtu jkun fiha skop. Iżda fuq kollox ħabb lill-poplu. |
| Anki | wara mewtu, aħna ċerti li jibqa’, kif dejjem ried li jkun, qrib ta’ dawk li jħobb, qrib tagħna lkoll. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990