Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-PRESIDENT TA’ MALTA

pr1497
Date Icon 12/08/2010
Il-President ta’ Malta,Dr. George Abela, kif ġie mgħarraf bil-mewt tal-President Emirutus il-Professur Gwido de Marco,  żar immedjatament  il-familjari  fl-isptar Mater Dei.
Il-President Abelaesprima s-sogħba tiegħu għat-telfa ta’ politiku, statista u gentlom li ħadem għal Malta u għamel isem għall-pajjizina anke barra minn xtutna.
Kompla jghid li dejjemfittex li jgħaqqad lil poplu Malti u jibqa’ mfakkar għall-kontribut siewi sabiex Malta issieħbet fl-Unjoni Ewropea.
“Kull meta konnaniltaqgħu dejjem kien jirreferi għalija bħala ‘l-President tieghi’ u jien kont inwieġbu lura ‘Il-Professur tiegħi’”  hekk qal il-President Abela u kompla jżied li kien student tal-Prof. Gwido de Marco fil-klassi tal-kriminal u ddeskrieva lil Prof. de Marco li l-gost tiegħu kien li jara lill- istudenti tiegħu javvanzaw.
“L-aħħar kliem tiegħumeta mort inżuru l-isptar kien – ibqa għamel il-ġid ħalli l-Presidenza tiegħek tkun ittimbrata hekk” temm jgħid il-President Abela waqt kummenti li ta lill-ġurnalisti.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow