STQARRIJA MILL-PRESIDENT TA’ MALTA
pr1497
12/08/2010
| Il-President ta’ Malta, | Dr. George Abela, kif ġie mgħarraf bil-mewt tal-President Emirutus il-Professur Gwido de Marco, żar immedjatament il-familjari fl-isptar Mater Dei. |
| Il-President Abela | esprima s-sogħba tiegħu għat-telfa ta’ politiku, statista u gentlom li ħadem għal Malta u għamel isem għall-pajjizina anke barra minn xtutna. |
| Kompla jghid li dejjem | fittex li jgħaqqad lil poplu Malti u jibqa’ mfakkar għall-kontribut siewi sabiex Malta issieħbet fl-Unjoni Ewropea. |
| “Kull meta konna | niltaqgħu dejjem kien jirreferi għalija bħala ‘l-President tieghi’ u jien kont inwieġbu lura ‘Il-Professur tiegħi’” hekk qal il-President Abela u kompla jżied li kien student tal-Prof. Gwido de Marco fil-klassi tal-kriminal u ddeskrieva lil Prof. de Marco li l-gost tiegħu kien li jara lill- istudenti tiegħu javvanzaw. |
| “L-aħħar kliem tiegħu | meta mort inżuru l-isptar kien – ibqa għamel il-ġid ħalli l-Presidenza tiegħek tkun ittimbrata hekk” temm jgħid il-President Abela waqt kummenti li ta lill-ġurnalisti. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990