DONAZZJONI TA’ RITRATTI LILL-ISPTAR MATER DEI
pr1494
12/08/2010
| Il-Malta | Institute of Professional Photography għamel donazzjonai ta’ 21 ritratt lill-Isptar Mater Dei. L-istitut għamel sejħa lill-membri biex jagħtu donazzjoni. Ma kienx hemm tema partikolari imma riedu jkunu ritratti pożittivi li jagħtu sens ta’ paċi u kalma. Il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunita’ l-Onor Joe Cassar, laqgħa d-donazzjoni f’isem l-istaff ta’ Mater Dei u l-poplu Malti u Għawdxi. |
| F’kelmtejn ta’ l-okkażjoni il-Ministru Cassar, | fil-waqt li rringrazzja lill-Malta Institute of Professional Photography qal, “dawn ir-ritratti mhux biss biex isebbħu imma qed jagħtu messaġġ pożittiv lejn il-kura u s-saħħa. Il-Ministeru rċieva bosta talbiet biex isiru wirjiet artistiċi, ta’ skultura, ritratti eċċ fl-Isptar. Dawn it-talbiet qed jiġu evalwati għall-valur artistiku tagħhom u għall-valur fil-kuntest ta’ sptar. Dan l-interess juri li l-poplu qed iħaddan u jgħożż dan l-isptar u l-ħidma li ssir fieh.” |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990