STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KONSUMATUR, KOMPETIZZJONI ĠUSTA, KUNSILLI LOKALI U KONSULTAZZJONI PUBBLIKA
pr1493
12/08/2010
| Xogħlijiet f’922 triq | residenzjali fi tliet snin u nofs |
| Bejn l-2008 u l-2011 se jkunu nbnew | jew saru xogħlijiet f’922 triq residenzjali. |
| Fi tweġiba għal Mistoqsija | Parlamentari 19277, jingħad ċar u tond li fis-sentejn u nofs li għaddew Transport Malta lestiet 177 triq residenzjali. Bejn issa u l-ewwel xhur tas-sena d-dieħla Transport Malta se tkun qed tlesti 137 triq residenzjali oħra. Dawn huma kollha toroq li qed jinbnew għall-ewwel darba. |
| Fl-2009 il-Kunsilli Lokali ngħataw | ħames miljun ewro biex għamlu xogħlijiet f’160 triq residenzjali. Ġimgħa ilu s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali ħabbar tliet skemi u l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja sostanzjali biex isiru 448 triq residenzjali oħra f’47 lokalita’. L-investiment komplessiv fit-toroq li se jsiru mill-Kunsilli Lokali jlaħħaq it-13.5 miljun ewro. |
| F’dawn il-ġimgħat il-Gvern qed | ikompli jipproċessa talbiet minn aktar Kunsilli Lokali biex ikun approvat il-finanzjament u l-irranġar ta’ aktar toroq residenzjali. |
| Dan kollu juri li l-kelliem ewlieni | tal-Oppożiżżjoni dwar il-Kunsilli Lokali l-Onor. Stefan Buontempo qed jipprova jħawwad l-istatistika u jgħawweġ il-fatti biex jipprova jixħet dubju fuq l-impenn tal-Gvern li jkompli jtejjeb il-qafas ta’ toroq residenzjali fil-gżejjer Maltin. |
Iċ-ċifri kkwotati mill-Onor. Buontempo huma għal kollox żbaljati u intenzjonati biss biex iqarrqu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990