Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KONSUMATUR, KOMPETIZZJONI ĠUSTA, KUNSILLI LOKALI U KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

pr1493
Date Icon 12/08/2010
Xogħlijiet f’922 triqresidenzjali fi tliet snin u nofs
Bejn l-2008 u l-2011 se jkunu nbnewjew saru xogħlijiet f’922  triq residenzjali.
Fi tweġiba għal MistoqsijaParlamentari 19277, jingħad ċar u tond li fis-sentejn u nofs li għaddew Transport Malta lestiet 177 triq residenzjali. Bejn issa u l-ewwel xhur tas-sena d-dieħla Transport Malta se tkun qed tlesti 137 triq residenzjali oħra. Dawn huma kollha toroq li qed jinbnew għall-ewwel darba.
Fl-2009 il-Kunsilli Lokali ngħatawħames miljun ewro biex għamlu xogħlijiet f’160 triq residenzjali. Ġimgħa ilu s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali ħabbar tliet skemi u l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja sostanzjali biex isiru 448 triq residenzjali oħra f’47 lokalita’. L-investiment komplessiv fit-toroq li se jsiru  mill-Kunsilli Lokali jlaħħaq it-13.5 miljun ewro.
F’dawn il-ġimgħat il-Gvern qedikompli jipproċessa talbiet minn aktar Kunsilli Lokali biex ikun approvat il-finanzjament u l-irranġar ta’ aktar toroq residenzjali.
Dan kollu juri li l-kelliem ewlienital-Oppożiżżjoni dwar il-Kunsilli Lokali l-Onor. Stefan Buontempo qed jipprova jħawwad l-istatistika u jgħawweġ il-fatti biex jipprova jixħet dubju fuq l-impenn tal-Gvern li jkompli jtejjeb il-qafas ta’ toroq residenzjali fil-gżejjer Maltin.

Iċ-ċifri kkwotati mill-Onor. Buontempo huma għal kollox żbaljati u intenzjonati biss biex iqarrqu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow