GĦAJNUNA MILL-KUMPANNIJA NAZZJONALI AIR MALTA GĦAR-RESTAWR TA’ KOTBA FIL-BIBLJOTEKA NAZZJONALI
pr1492
12/08/2010
| Il-Ministru | tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja Dolores Cristina u l-Kap Eżekuttiv tal-kumpannija nazzjonali tal-ajru Air Malta, Joe Cappello dalgħodu ħabbru inizjattiva ġdida li permezz tagħha l-Air Malta se toffri €1 fuq kull booking li jsir magħha b’mod elettroniku bejn il-lum u t-12 ta’ Settembru biex b’dawn il-flus ikunu restawrati kotba fil-Bibljoteka Nazzjonali. |
| Il-Ministru Cristina | qalet li kien ta’ pjaċir u sodisfazzjon għaliha li għat-tieni darba fi żmien tliet xhur, qegħda fil-Bibljoteka Nazzjonali biex tilqa’ għajnuna għall-ħtiġijiet tar-restawr ta’ kotba u dokumenti li jinsabu f’dan il-bini li fih hawn miġbura l-memorja kollettiva ta’ dan il-pajjiż. |
| Il-kumpannija | nazzjonali tal-ajru l-Air Malta, qed tiġi ‘l quddiem biex toffri l-għajnuna tagħha fi proġett kbir, li għandu jkun proġett tal-pajjiż kollu, li hu dak li nsewwu u nippreservaw dokumenti ta’ valur imprezzabbli li jinsabu merfugħa f’dan il-post. |
| Għalhekk il-Ministru | rringrazzjat liċ-Chairman u l-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta li qed joffru din l-għajnuna li s-suċċess tagħha jiddependi ħafna mill-pubbliku li juża s-servizzi tal-kumpannija nazzjonali tal-ajru. |
| Hi qalet li l-qasam | tal-Bibljoteka Nazzjonali u l-Libreriji Pubbliċi f’din l-aħħar sena ngħata spinta oħra ‘l quddiem wara li fil-bidu ta’ din is-sena tnediet kampanja biex inħeġġu aktar nies jagħmlu użu mis-servizzi tal-libreriji li huma mferrxa mal-pajjiż kollu. |
| Din il-kampanja | kienet parti minn pjan ta’ ħidma li sar fil-Libreriji pubbliċi li ra żjieda kemm fin-numru ta’ kotba, kif ukoll fin-numru ta’ dawk li użawhom. |
| Biżżejjed wieħed | jgħid li filwaqt li bejn Jannar u Lulju tal-2009 il-Bibljoteka Nazzjonali akkwistat b’kemm jiswew €1,700 kotba, fl-istess perjodu ta’ din is-sena akkwistat kemm jiswew €5,724 – aktar mit-tripplu. |
| Għal dak li | jirrigwarda l-Librerija Pubblika Ċentrali tal-Furjana u l-Libreriji Reġjonali, filwaqt li fl-ewwel seba’ xhur tal-2009 inkisbu b’kemm jiswew € 5,312 f’kotba, fl-istess perjodu ta’ din is-sena din in-nefqa sparat għal € 71,000. |
| In-numru ta’ nies li | għamlu użu mis-servizzi tal-libreriji, din is-sena żdied fuq dak tas-sena li għaddiet, kif żdied ukoll in-numru ta’ kotba mislufa mil-libreriji li fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena tela’ għal 475,725 ktieb misluf. |
| Sfortunatament | iż-żmien, l-ambjent u elementi naturali oħra, m’humiex l-akbar ħbieb tal-ktieb. Fil-Bibljoteka hemm eluf kbar ta’ kotba u dokumenti, li jmorru lura għal mijiet ta’ snin. Uħud minnhom minħabba l-valur kbir tagħhom u l-istat li jinsabu fih, anqas huma aċċessibbli għall-pubbliku in ġenerali. Oħrajn jistgħu jintużaw biss b’ħafna kura, u l-parti l-kbira ta’ dawn il-kotba u dokumenti għandhom bżonn interventi ta’ restawr, uħud b’mod ħafif u oħrajn b’interventi aktar impenjattivi. Ir-restawr tal-kotba u dokumenti hu xogħol speċjalizzat u jiswa ħafna flus. |
| Il-Ministru Cristina | sostniet li l-materjal miġbur fil-Bibljoteka hu wirt tagħna lkoll u għalhekk irridu nibżgħu għalih ilkoll u ngħinu lkoll mill-aħjar li nistgħu biex ikun preservat. L-inizjattiva tal-kumpannija nazzjonali Air Malta hi ispirata mis-sens ta’ responsabbiltà soċjali li l-kumpannija għandha lejn dak kollu li hu Malti u għalhekk qed toffri l-għajnuna tagħhom fi proġett ta’ restawr ta’ kotba li jinsabu f’dan il-post. |
| Il-Ministru | b’sodisfazzjon innotat li issa huma tnejn l-organizazzjonijiet li daħlu għal dan l-impenn, l-Air Malta u l-Lions Club. Hi ħeġġet aktar għaqdiet, kumpanniji u organizazzjonijiet biex huma wkoll jerfgħu parti mill-piż ta’ dan il-proġett li minnu għandu jgawdi l-pajjiż kollu. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990