STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX
pr1489
11/08/2010
| L-Oppożizzjoni bi strateġija li | tagħmel ħsara lill-Għawdxin u lil Għawdex |
| Il-Ministeru għal Għawdex għaddej | b’ħidma qawwija permezz ta’ diversi inizjattivi u proġetti f’oqsma differenti għal ġid ta’ Għawdex u l-Għawdxin. |
| L-istrateġija tal-Oppożizzjoni, | mill-banda l-oħra, hi li fi żmien meta jiżdiedu l-Maltin u t-turisti li jiġu Għawdex, toħroġ stqarrijiet biex tpinġi stampa negattiva ta’ Għawdex. L-istrateġija tal-Oppożizzjoni tagħmel il-ħsara lill-ħaddiema Għawdxin u lill-familji tagħhom u lis-sidien tan-negozji fl-eqqel tal-istaġun turistiku. |
| Għal darb’oħra il-Ministeru għal | Għawdex jiċħad l-allegazzjonijiet infondati kollha tal-kelliem tal-Oppożizzjoni Anton Refalo. Il-bidu tal-proġett ta’ Triq tax-Xlendi ħa aktar milli kien mistenni minħabba li kien hemm appell, liema appell ikkonferma li l-proċess ta’ l-għoti tal-kuntratt, kien wieħed trasparenti u mexa skont il-proċeduri. Madanakollu Anton Refalo ma jinteressahx mill-fatti u jibqa’ jirrepeti l-allegazzjonijiet infondati bit-tama li t-tajn li qed jipprova jitfa’ jeħel. |
| Il-ġimgħa li għaddiet il-Ministeru | għal Għawdex diġà ħareġ stqarrija jiċħad dak li qal Anton Refalo u dak li deher f’xi mezzi tal-istampa, u li l-Kelliemi tal--Oppożizzjoni reġa’ rrepeta b’mod żbaljat illum. F’dik l-istqarrija l-Ministeru għal Għawdex qal li: |
| “Mhux veru li l-Ministeru qal li “mhu | beħsiebu jieħu l-ebda azzjoni kontra l-kuntrattur li laqat kanna kbira tad-drenaġġ fi Triq ix-Xlendi”. Dak li qed jiġi attribwit lill-MinisteruminnDr Anton Refalo u minn xi gazzetti mhux veru ntqal mill-Ministeru u mhux minnu. Il-Ministeru spjega li f’dan l-inċident ntlaqat pipe qadim li kellu jinbidel, iżda dan bl-ebda mod ma jfisser li “m’hemmx għalfejn jieħu azzjoni”. Dr. Anton Refalo qed jasal għal konklużjonijiet żbaljati u jippreżantahom bħala stat ta’ fatt. Il-Ministeru jesiġi serjetà u accountability minn kull min ikun qiegħed iwettaq proġetti f’Għawdex. Jistenna li l-obbligi kontrattwali, fosthom dik ta’ responsabbilità jiġu osservati kollha. Għaldaqstant dwar dan l-inċident jimxi mal-proċeduri stabbiliti u jistenna l-parir tal-avukati biex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.” |
| Minkejja din iċ-ċaħda kategorika, | l-Oppożizzjoni tibqa’ tagħżel li tivvinta. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990