Jittriplaw il-parteċipanti tas-Summer on the Move
pr1485
11/08/2010
| Fi żmien sitt snin | il-programm sportiv mill-Kunsill Malti għall-Isport, Summer on the move in-numru ta’ parteċipanti ttriplaw. Fil-fatt fl-2004, kienu 174 li nkitbu għal dan il-programm u din is-sena n-numru ta’ parteċipanti tela’ għal 662, dan ifisser żieda ta’ 488 tifel u tifla. Dan ħabbru is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport, l-Onor. Clyde Puli waqt żjara li hu għamel fil-Pixxina Nazzjonali f’tal-Qroqq. |
| L-attivitajiet ta’ | Summer on the Move jsiru kull sajf bil-għan li tfal u żgħażagħ ta’ bejn l-4 snin u s-16-il sena jibqgħu jżommu ruhhom attivi tul ix-xhur tas-sajf. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Puli spjega kif dan il-programm sportivi u l-programmi l-oħra tal-Kunsill Malti ghall-Isport (KMS) li qed isiru fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera u fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq għandhom l-ghan ewlieni li jdaħħlu l-isport fl-istil ta’ ħajja tat-tfal. |
| Matul iż-żjara tiegħu | fil-Pixxina Nazzjonali, is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli ltaqa’ mat-tfal li kienu qed jagħmlu xi eżerċizzji fl-għawm, kif ukoll ma’ dawk li kienu qed iħarġuhom. |
| L-Onor. Puli spjega | wkoll li s-Summer on the Move huwa wieħed minn għadd ta’ programmi sportivi organizzati mill-Kunsill Malti għall-Isport matul is-sena. Dawn il-programmi jvarjaw minn programmi ta’ avventura fejn partecipanti jkollom l-opportunita’ mhux biss li jissoċjalizzaw ma’ parteċipanti ta’ mparhom iżda wkoll jieħdu sehem fi programmi sportivi bħal kayaking, ibburdjar, logħob fuq il-bajjiet; trekking; treasure hunts, sport bħal basketball, netball, football u oħrajn. |
| Barra mis-Summer on | the Move, parteċipanti ta’ bejn id-disa’ u sittax-il sena jistgħu jieħdu sehem fl-active youngsters li jsiru fl-għaxijiet. Dawn l-attivitajiet jinkludu football, żfin modern, handball, netball, karate, volleyball u basketball. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990