Left arrow Mur Lura

AKTAR ENERĠIJA NADIFA MIX-XEMX, INVESTIMENT TA’ €12 – IL MILJUN LI JOĦLOQ IX-XOGĦOL, JĦARES L-AMBJENT U S-SAĦĦA TAN-NIES

pr1483
Date Icon 11/08/2010
Il-Ministerugħar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jinnota b’sodisfazzjon li sal-ħin tal-għeluq tal-iskema ta’ għajnuna għal xiri ta’ panelli fotovoltajiċi ’l fuq minn 2,000 familja tefgħu l-applikazzjoni tagħhom għall-għajnuna mal-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi.
In-numru rekord ta’applikazzjonijiet f’din l-iskema jikkonferma kemm il-familji Maltin u Għawdxin lesti li jinvestu u jagħmlu l-parti tagħhom sabiex ilkoll kemm aħna ngawdu minn livell ta’ saħħa aħjar u nħarsu l-ambjent.
Kull familja liapplikat għal din l-offerta vantaġġjuża jekk eleġibbli se tkun qed tgawdi minn għotja sa massimu ta’ €3,000 minn fondi taħt il-programm għal-iżvilupp reġjonali tal-Unjoni Ewropea. Jekk l-applikazzjonijiet mitfugħa jieħdu l-massimu tal-offerta, il-Gvern se jagħti mas-€6 miljun lill-familji u min-naħa tagħhom il-familji jinvestu €6 miljuni oħra. B’kollox se jsir investiment ta’ €12-il miljun.
Il-Gvernjirringrazzja lill-pubbliku in ġenerali għall-koperazzjoni u l-kontribut tiegħu favur ambjent aħjar. Dawn is-sistemi fuq il-bjut tal-familji Maltin u Għawdxin se jikkontribwixxu wkoll sabiex pajjiżna jilħaq il-miri li għandu biex 10% tal-enerġija li nipproduċu fl-2020 tkun ġejja minn enerġija nadifa. Dan iwassal biex ikomplu jonqsu l-emissjonijiet, ikollna arja aktar nadifa, jinħoloq ix-xogħol u ngawdu minn livell t’għixien aħjar.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow