Left arrow Mur Lura

KUNĊERT TA’ SANTA MARIJA FIL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN

pr1482
Date Icon 11/08/2010
Fl-10 t’Awwissu 2010,il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Tonio Borg, ospita Kunċert f’ġieħ Santa Marija fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin il-Belt Valletta. L-avveniment inkluda fih kanzunetti, poeżiji, talb u diskorsi, kollha bil-għan li jqimu l-figura ta’ Marija meqjuma mhux biss fil-Kristjaneżmu iżda ukoll fl-Iżlam. Dan il-Kunċert Marjan ġie organizzat minn Reuben Gauci, uffiċjal fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, b’kollaborazzjoni ma’ uffiċjali oħra fi ħdan il-Ministeru. Aktar kmieni din is-sena, dan l-uffiċjal kien responsabbli ukoll mill-organizzazzjoni ta’ Kunċert li fakkar it-traġedja li laqtet lill-President Pollakk Lech Kaczyński.
Dan il-Kunċert f’ġieħSanta Marija, inkluda interpretazzjoni tal-Ave Maria ta’ Schubert u ta’ Caccini mis-soprano Dorothy Baldacchino u l-pjanista Norman Cristina. Il-Kor Santa Angela Merici, kompost minn Sorijiet Ursulini, kanta kanzunetti fuq il-Madonna mill-album oriġinali tagħhom “Għallimni Nħobbok”. Il-pjanist kompożitur Norman Cristina interpreta xogħlijiet mużikali miktuba minnu stess. Matul is-serata Shaban Quwarib u Mario Abdurrahman Farrugia Borg qraw parti mill-Koran li titratta t-Tħabbira ta’ Mariam. Fr Edmond Theuma OFM (Conv) għamel diskors fuq it-Tħabbira ta’ Marija u t-twelid ta’ Ġesu’ Kristu fil-Kristjaneżmu u fl-Iżlam.
Il-preżentaturi,Reuben Gauci u Doris Zammit, qraw poeżiji ta’ Dun Karm Psaila, Rużar Briffa u Patri Anastasju Cuschieri fuq il-Madonna. It-talba tas-Sliema ġiet moqrija bil-Malti, l-Ingliż u l-Aramajk.
Għal dan l-avvenimentattendew il-Korp Diplomatiku residenti f’Malta, Presidenti Emeriti, kif ukoll uffiċjali u membri oħra tal-istaff tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Wara diskors uffiċjali, l-Onor Tonio Borg ippreżenta għotja ta’ flus bħala għajnuna għall-Creché, miġbura mill-membri kollha tal-istaff tal-Ministeru, lill-Madre Superjura tas-Sorijiet Ursulini, ir-Reverenda Madre Roberta Spiteri.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow