71% għaddew mill-aħħar eżami tal-Junior Lyceum
pr1480
11/08/2010
| Wara li | saru l-eżamijiet riparatorji għal dawk it-tfal li weħlu minn eżami wieħed tal-Junior Lyceum li sar f’Mejju li għadda, il-perċentaġġ totali tal-istudenti li kisbu suċċess f’dan l-eżami issa tela’ għal 71%. |
| Din | kienet l-aħħar darba li sar dan l-eżami kif ukoll dak tal-Common Entrance billi mis-sena skolastika li jmiss se jidħol fis-seħħ eżami nazzjonali kif proposta fir-riforma tal-Mixja mill-Primarja għas-Sekondarja. |
| Fit-30 | ta’ Lulju 2010 sar l-eżami riparatorju għad-dħul fl-ewwel klassi tal-Junior Lyceum għal dawk it-tfal li weħlu f’suġġett wieħed fis-sessjoni ta’ Mejju. Għal dan l-eżami kien hemm 339 applikant li kienu eliġibbli, 138 għall-Matematika u 201 għall-Ingliż. Minn dawn l-applikanti, kien hemm 7 assenti mill-eżami tal-Matematika u 5 assenti mill-eżami tal-Ingliż. Il-konċessjoni li wieħed jista’ jagħmel eżami riparatorju kienet introdotta mill-Ministru Dolores Cristina s-sena li għaddiet. |
| Minn | dawk li qagħdu għall-eżami riparatorju kien hemm 35 li għaddew mill-Matematika u 79 mill-Ingliż. Dan ifisser li minn total ta’ 339 li qagħdu għall-eżami riparatorju, 114 irnexxielhom jiksbu Pass. Għaldaqstant, il-Pass Rate fl-eżami riparatorju hija ta’ 33.6%. |
| Meta | wieħed iżid dawn il-114 li għaddew mill-eżami riparatorju ma’ dawk it-tfal li għaddew mis-sessjoni ta’ Mejju 2009, it-total ta’ tfal li jkunu kisbu suċċess fl-eżami għad-dħul fl-Ewwel Klassi tal-Junior Lyceum għal din is-sena se jilħaq il-figura ta’ 2122. Dan ifisser li, minn 2990 li qagħdu għall-eżami f’Mejju 2010, il-Pass Rate globali laħqet iċ-ċifra ta’ 71%. Dan ifisser ukoll żieda ta’ 3.8% fuq il-Pass Rate ta’ Mejju 2010 li kienet ta’ 67.2%. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990