Left arrow Mur Lura

Stqarrija: L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jiċħad l-insinwazzjonijiet ta’ One News

pr1477
Date Icon 10/08/2010
L-Uffiċċjutal-Prim Ministru jiċħad l-insinwazzjonijiet u l-allegazzjonijiet kollha mxandra fuq One News dwar l-August Moon Ball.
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru kieninforma lill-Uffiċċju tal-President li l-Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi ma setgħux jattendu għal August Moon Ball ix-xahar li għadda u mhux “is-Sibt wara nofsinhar” kif allega One News.   F’isem il-Prim Ministru attendiet il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja Dolores Cristina.
Il-Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi masetgħux jattendu għal August Moon Ball minħabba li kienu mistiedna u laqgħu stedina għal żjara l-Libja biex iżuru proġett b’investiment Malti.  Għaldaqstant ir-rapport ta’ One News li “l-Prim Ministru Lawrence Gonzi u s-Sinjura tiegħu għażlu li ma jkunux Malta propju fil-ħin illi matulu kien qed ikun organizzat l-August Moon Ball” hu għal kollox falz.
Kuntrarju ta’ dak li xandar One News,il-Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi dejjem taw appoġġ lill-attivitajiet li jippromwovu s-solidarjeta’ jew li jkollhom skop filantropiku fosthom attivitajiet tal-Community Chest Fund.
L-Uffiċċju tal-Prim Ministrujikkudanna l-mod kif One News għażel li jxandar rapport mimli insinwazzjonijiet infondati dwar attivita’ nazzjonali li għandha tgħaqqad.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni m’għanduxiħalli aktar lill-media tal-Oppożizzjoni tkompli tkun strument biex tiżra l-firda u xxerred qlajjiet foloz, li issa waslet li tuża attivitajiet nazzjonali li dejjem kienu u għandhom jibqgħu ‘l barra mill-politika partiġġjana.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow