STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, XOGĦOL U L-FAMILJA
pr1476
10/08/2010
| L-oppożizzjoni | taqra l-istatisika dwar il-benefiċċji soċjali ħażin u tattakka ż-żjieda li qed tingħata lill-familji li jeħtieġu l-aktar għajnuna |
| Fi | stqarrija li ħareġ id-Deputat Mexxej tal-Oppożizzjoni, l-Onor. Anġlu Farrugia kkritika lill-Gvern għax żjied in-nefqa tiegħu għall-benefiċċji soċjali biex jgħin lil min għandu l-aktar bżonn. Dr Anglu Farrugia pprova jħawwad l-imħuħ biex mingħalih jgħid li la żdied il-benefiċċju tal-assistenza soċjali ifisser li kien hemm żjieda f’dawk jirreġistraw għax-xgħol meta fil-fatt dawk jirreġistraw naqsu u mhux żdiedu. |
| L-istatistika | pubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fejn jidħol il-benefiċċju għall-qgħad u l-benefiċċju speċjali għall-qgħad – li huma żewġ benefiċċji differenti – turi li kien hemm tnaqqis f’dawn il-ħlasijiet fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena mqabbla mal-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet. Dan għaliex naqsu dawk li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol. |
| L-istatistika dwar l-Assistenza | Soċjali, li wkoll irrefera għaliha Dr Anglu Farrugia ma tinkludix biss lil dawk li ilhom bla xogħol iżda tiġbor fiha wkoll persuni li ma jistgħux jaħdmu minħabba mard jew xi diżabilita’; lil dawk li ma jaħdmux biex jieħdu ħsieb qraba morda jew anzjani kif ukoll lil single mothers. |
| Mingħajr ma ta każ ta’ dawn il-kategoriji kollha, | id-Deputat Mexxej tal-Oppożizzjoni assuma li din iż-żjieda fil-benefiċċju tal-Assistenza Soċjali kienet dovuta għal nies bla xogħol meta dan mhux il-każ. Dr Anglu Farrugia qara l-istatisika ħażin u wasal għal konkluzjonijeit zbaljati. |
| Meta | kważi kullimkien fid-dinja, minħabba t-taqlib ekonomiku kbir, ħafna gvernijiet qed inaqqsu n-nefqa tagħhom fil-benefiċċji soċjali, u ħafna pajjiżi qed jaraw żieda fil-qgħad, f’Malta qed jiżdied ix-xogħol, jonqos il-qgħad u l-Gvern ma rrikorriex għal tnaqqis fl-investiment soċjali, anzi kif ammetta id-Deputat Mexxej tal-Oppożizzjoni, in-nefqa fuq dawn il-benefiċċji żdiedet u mhux naqset. |
| Dr | Anglu Farrugia wasal għal konklużjoni żbaljata li l-benefiċċji żdiedu għaliex żdied il-qgħad. Il-fatti juru li ġara bil-kontra. L-istatistika dwar il-qgħad għal Ġunju turi li fi 12-il xahar kien hemm 498 persuna anqas jirreġistraw għax-xogħol milli kien hemm f’Ġunju tas-sena li għaddiet. Il-qgħad naqas kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990