Left arrow Mur Lura

LUKANDA EWLENIJA F’GĦAWDEX ITTEJJEB IL-PRODOTT U ŻŻID L-IMPJIEGI B’FONDI EWROPEJ

pr1475
Date Icon 10/08/2010
L-industrija tat-turiżmuf’Malta u f’Għawdex qed terġa’ taqbad ir-ritmu grazzi għall-politika imħaddma mill-Gvern u mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA). L-isforzi li saru fis-sentejn li għaddew b’investiment qawwi fil-marketing, iż-żieda fil-linji tal-ajru low-cost li jtiru lejn Malta u l-għajnuna lil diversi intrapriżi biex jutilizzaw bl-aħjar mod fondi Ewropej f’perjodu li kien kemmxejn kajman, issa qed jagħti r-riżultati.
Il-Lukanda KempinskiSan Lawrenz hi waħda mil-lukandi Għawdxin li fis-snin li għaddew investiet bis-sħiħ, kemm fit-titjib u fid-diversifikazzjoni tal-prodott li toffri, kemm fit-taħriġ tal-ħaddiema tagħha, kif ukoll billi żiedet il-ħaddiema bi tnax. Dan għamlitu kollu bl-użu ta’ fondi Ewropej.
Id-dettalji ta’ dankollu ngħataw waqt żjara li l-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika Chris Said għamlu fil-lukanda Kempinski San Lawrenz.
Din il-lukanda ħadetfondi mill-Iskema ta’ Għotjiet għal Intrapriżi fl-Industrija tat-Turiżmu li permezz tagħha sar investiment f’Hotel Management System li hi l-istess bħal dik użata fil-bqija tal-lukandi Kempinski madwar id-dinja. B’dan il-mod il-ħaddiema tal-Kempinski San Lawrenz ngħataw taħriġ skont il-prattiċi internazzjonali.
Il-lukanda użatfinanzjament li rċeviet mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) biex kienet irranġata spa. Sar investiment ukoll f’impjant għas-desalinizzazzjoni tal-ilma, u kien installat WIFI madwar il-lukanda kollha. Dalwaqt tibda l-installazzjoni ta’ pannelli solari b’fondi li se jinkisbu permezz tal-iskema 20 million for Industry imħaddma mill-Malta Enterprise.
Aktar importanti minndan kollu hu li l-Lukanda Kempinski San Lawrenz żiedet l-impjiegi bi 12-il ħaddiem grazzi għall-Employment Aid Programme tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC). Erbgħa minn dawn il-ħaddiema diġa daħlu fit-tieni sena tal-impjieg tagħhom hekk kif il-kuntratt tagħhom kien imġedded.
Il-Ministru għalGħawdex Giovanna Debono uriet is-sodisfazzjon tagħha għal mod kif intraprendituri u stakeholders Għawdxin għarfu l-opportunitajiet li qed jingħataw permezz ta’ skemi ko-finanzjati minn fondi ewropej. L-interess li wrew u qegħdin juru sidien ta’ stabilimenti turistiċi li joperaw f’Għawdex fl-iskemi relatati ma’ l-industrija turistika qed iwassal biex mhux biss jiġu mtejba s-servizzi rispettivi tagħhom iżda fuq kollox biex jiġi mtejjeb u msaħħaħ il-prodott turistiku Għawdxi.
Il-Ministru fakkretkif l-iskemi jagħtu attenzjoni partikolari għas-settur turistiku Għawdxi bħall-iskema għat-titjib tal-prodott turistiku li ġiet estiża biex tkun eliġibli wkoll għal farmhouses li joperaw fis-settur turistiku Għawdxi. Fakkret kif permezz ta’ kollaborazzjoni mal-Gozo Tourism Association il-Ministeru għal Għawdex jaħdem mill-qrib ma’ dawk involuti fis-settur turistiku f’Għawdex minħabba l-importanza li għandu għal qasam ekonomiku f’Għawdex. Flimkien ma’ dawk kollha li joperaw f’din l-industrija, it-turiżmu jolqot ukoll oqsma soċjo-ekonomiċi oħra minħabba l-attività kummerċjali li jiġġenera.
Din l-industrijatipprovdi wkoll numru sostanzjali ta’ impjiegi li tlaħħaq kważi 10 fil-mija ta’ l-impjiegi f’Għawdex. Il-Ministru Giovanna Debono fissret kif il-fondi miksuba minn operaturi u entitajiet Għawdxin mid-diversi skemi ko-finanzjati minn fondi ewropej, ser ikunu qed jingħaqdu ma’ fondi miksuba fuq proġetti infrastrutturali u proġetti oħra li ser isiru f’Għawdex. Dan ser ikun strumentali biex Għawdex igawdi mill-allokazzjoni ta’ għaxra fil-mija tal-fondi allokati għal Malta.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said faħħar l-inizjattivi li ttieħdu mil-lukanda Kempinski San Lawrenz li permezz tagħhom qed tinvesti f’enerġija alternattiva, qed tiddiversifika l-prodott turistiku li toffri, qed tattira turiżmu speċifiku u qed iżżid l-impjiegi.
Hu semma l-impenntal-Gvern li jkompli jgħin bil-ħolqien ta’ diversi skemi u fondi Ewropej li minnhom jibbenefikaw in-negozji żgħar u medji u anki l-intrapriżi fl-industrija tat-turiżmu.
Fost dawn l-iskemihemm l-EAP tal-ETC li għandu l-għan li jgħin persuni qiegħda jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol. Minn din l-iskema gawdew ukoll mijiet ta’ kumpaniji bħall-Kempinski San Lawrenz li żiedu r-riżorsi umani impjegati magħhom u ta’ dan qed jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja li tmur biex iħallsu parti mis-salarji u nofs il- bolla tal-employer tal-istess impjegati.
Fix-xhur li għaddewl-ETC sabet impjieg lil 812-il ruħ permezz ta’ dan il-programm u b’hekk diġà qabżet nofs il-mira tagħha li permezz ta’dan il-programm tgħin 1,530 ruħ biex isibu impjieg. F’Għawdex l-EAP għen biex ikunu impjegati 262 ruħ.
Chris Said faħħarukoll ir-rwol tal-Uffiċju tal-MEUSAC f’Għawdex li qiegħed kontinwament jgħin mhux biss Kunsilli Lokali u NGO’s iżda anki SMEs biex jisfruttaw bl-aħjar mod l-opportunitajiet, il-programmi u l-fondi tal-Unjoni Ewropea.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow