STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KONSUMATUR, KOMPETIZZJONI ĠUSTA, KUNSILLI LOKALI U KONSULTAZZJONI PUBBLIKA
pr1473
10/08/2010
| Miċħud rapport | fl-Orizzont |
| Is-Segretarjat | Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika jiċħad rapport li deher fil-ħarġa tal-lum tal-ġurnal ‘l-Orizzont’ u li fih jingħad li l-FORUM kien infurmat li ġie aċċettat fi ħdan l-MCESD permezz ta’ ittra mibgħuta mis-Segretarju Parlamentari Chris Said. Qatt ma ntbagħtet ittra f’dan is-sens. |
| Il-pożizzjoni | tal-Gvern dejjem kienet li biex ikun hemm tibdil fl-MCESD jinħtieġ li jkun hemm konsensus fost il-korpi kostitwiti rappreżentati fi ħdan l-istess kunsill. Dan għaliex il-liġi tal-MCESD saret wara process twil u matur ta’ konsultazzjoni u konsensus. |
| Din il-pożizzjoni hi | riflessa wkoll f’ittra li s-Segretarju Parlamentari Chris Said bagħat lill-korpi kostitwiti rappreżentati fl-MCESD nhar it-Tnejn 2 ta’ Awwissu 2010. |
| Permezz ta’ din l-ittra | il-Gvern qed itenni li lest li jiddiskuti bidliet fl-MCESD. |
| Il-Gvern jemmen | bis-sħiħ fid-djalogu soċjali. Għaldaqstant qed jitlob lill-imsieħba soċjali jibagħtu l-opinjonijiet u l-proposti tagħhom dwar: 1. Il-kompożizzjoni tal-Kunsill tal-MCESD; 2. Ir-rappreżentanza fuq Kumitati tal-Unjoni Ewropea; 3. Il-ħidma tal-MCESD. |
| L-opinjonijiet u l-proposti | tal-korpi kostitwiti għandhom jintbagħtu bil-miktub sas-7 ta’ Settembru 2010. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990