Left arrow Mur Lura

Opportunita’ ġdida ta’ Impjieg mas-Segretarjat Tekniku Konġunt tal-Programm ta’ Ko-operazzjoni Trans fronterjali Italja-Malta 2007-2013

pr1471
Date Icon 10/08/2010
Bħalal-Ko-ordinatur Nazzjonali tal-Programm ta’ Ko-operazzjoni Transfronterjali Italja-Malta 2007-2013, id-Dipartiment għall-Ippjanar u Ko-ordinazzjoni tal-Prijoritajiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, jixtieq jinforma’ li ġiet imnedija sejħa sabiex timtela pożizzjoni vakanti fi ħdan is-Segretarjat Tekniku Konġunt ta’ dan il-Programm.
Il-Programm ta’ Ko-operazzjoni TransfronterjaliItalja-Malta 2007-2013, li huwa ġestit mill-Presidenza Regione Siciliana, għandu l-għan li joħloq ko-operazzjoni bejn reġjuni differenti fi Sqallija u l-Gżejjer Maltin.  Din il-ko-operazzjoni għanda tissarraf fi proġetti li permezz tagħhom entitajiet eliġibbli għall-finanzjament, jaqsmu bejniethom prattiċi tajbin u esperjenza filwaqt li joħolqu strateġiji u meżżi li jkattru l-iżvilupp fir-reġjun u l-immoderniżżar tal-ekonomija filwaqat li jseddqu l-koeżjoni soċjali.
Teżistiopportunita’ ta’ mpjieg fi ħdan is-Segretarjat Tekniku Konġunt tal-Programm, fl-oqsma tal-ġestjoni, s-sorveljanza u l-kommunikazzjoni.  Dan l-impjieg hu mistenni li jibda matul l-2010.

Id-data tal-egħluq għall-applikazzjonijiet flimkien mal-linji gwida jinsabu fis-sejħa nnifisha, li tista’ tinkiseb minn dawn is-siti elettroniċi: http://www.euroinfosicilia.it/, http://www.gurs.regione.sicilia.it/Gazzette/concorsi/g10-10c.pdf, http://www.italiamalta.eu u http://www.ppcd.gov.mt.

Id-dokumenti li jintbgħatu mill-applikanti ser jiffurmaw il-bażi tal-ewwel stadju ta’ valutazzjoni tal-kandidati.  Dawk il-kandidati li jgħaddu minn dan l-ewwel stadju jintalbu sabiex jattendu għal intervista fi Sqallija.

Aktar informazzjoni dwar din il-pożizzjoni tista’ tinkiseb mingħand Dott.ssa Lucia Di Fatta, li hija responsabbli minn din is-sejħa, billi tintbgħat talba fl-indirizz elettroniku lucia.difatta@regione.sicilia.it jew permezz tat-telefon fuq in-numru 0039 91 7070059.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow