AKTAR INVESTIMENT FIS-SETTUR AGRIKOLU JĠIB IX-XOGĦOL U JTEJJEB IL-KWALITA’
pr1469
09/08/2010
| Dalgħodu | l-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, l-Onor. Chris Said u mal-Assistent Parlamentari, l-Onor Philip Mifsud, żaru nvestiment fis-settur agrikolu b’għajnuna ta’ fondi ewropej. |
| Il-bdiewa nvestew u ngħataw għajnuna sabiex setgħu | jixtru makkinarju li jkompli jtejjeb l-operat tagħhom filwaqt li jwassal għal aktar produzzjoni u titjib fil-kwalita’ tal-prodott. Dan il-makkinarju li fih investiment ta’ ‘l fuq minn €200,000, din il-familja ta’ bdiewa sejra tużah l-aktar għall-prodott tal-patata. Il-Ministru Pullicino qal li dan is-settur f’pajjiżna qabad rittmu tajjeb tant li din is-sena ġew esportati mal-5,000 tunnellata ta’ patata lejn ħames pajjiżi, l-Olanda l-Ġermanja, d-Danimarka, l-Ingilterra u l-iZvizzera. Il-Ministru Pullicino spjega kif bil-fondi tal-programm tal-iżvillupp rurali l-bdiewa u r-raħala permezz ta’ numru ta’ għajnuniet qed jingħataw 50% tal-ispiża li jkunu għamlu. Dan juri għalhekk kemm il-bdiewa u r-raħala għandhom fiduċja fil-futur ta’ dan is-settur f’pajjiżna tant li qegħdin jinvestu bis-sħiħ sabiex ikompli jtejbu l-operat u l-kwalita li l-prodott lokali joffri. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li Malta, | għas-snin 2007 – 2013 innegozjat Pjan għall-Iżvillupp Rurali b’pakkett ta’ €100 miljun. Jekk wiehed jgħodd ukoll il-flus li kien hemm għal dan il-programm ghas-snin 2004-2006 l-ammont jitla’ ghal madwar €130 miljun. Il-fondi għas-snin 2007-2013 huma mifruxa fuq 18-il pakett ta’ għajnuna li jinċentivaw lil kull min hu nvolut fis-settur jinvesti biex itejjeb l-operat, jagħmel użu ta’ sorsi ta’ enerġija alternattiva, u jaħtaf opportunitajiet ta’ taħriġ u informazzjoni. |
| Chris | Said qal li l-Aġenzija għall-Pagamenti diġa nediet 14-il miżura. L-għajnuna taħt il-pakkett ta’ inizjattivi mħabbra sa’ issa tammonta għal aktar minn €60 miljun. Dawn jinkludu l-Miżura 121 li tippromwovi l-immodernizzar ta’ azjendi agrikoli, bħal bini ta’ serer, ġibjuni u mmodernizzar ta’ makkinarju. Mat-300 bidwi u raħħal daħħlu investiment propost ta’ ‘l fuq minn 40 miljun ewro, għal skema li qed tagħti lura finanzjament ta’ madwar €19-il miljun. Huwa nkorraġġanti l-fatt li minn din is-sejħa għall-għajnuna għall-immodernizzar tal-azjendi agrikoli, 77 benefiċċjarju għandhom inqas minn 40 sena. Chris Said qal li dan juri kif l-agrikoltura f’pajjiżna hi ħajja u għandha futur. Dan jawgura wkoll tajjeb sabiex dan is-settur importanti mill-aspett ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-gżejjer Maltin, ikun jista’ jkompli jikber u jsir aktar sostennibbli. Chris Said irringrazzja wkoll lill MEUSAC li qed tassisti wkoll kunsilli lokali sabiex japplikaw għal uħud mill-programmi tal-Pjan għall-Iżvilupp Rurali biex ikomplu jitjiebu l-azjendi agrikoli fil-lokalita’ taghhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990