Left arrow Mur Lura

Stqarrija tal-Ministeru għal Għawdex b'risposta għall-istqarrija tal-kelliema tal-Oppożizzjoni

pr1468
Date Icon 09/08/2010
L-oppożizzjoni tipprova tagħmelil-ħsara lill-Għawdxin u lill-ekonomija Għawdxija fl-eqqel tal-istaġun turistiku
Fl-eqqel tat-turiżmu intern fejn elufta’ Maltin jaqsmu ta’ kuljum lejn Għawdex għal vaganzi u b’hekk jitkattar in-negozju u l-kummerċ f’Ghawdex, l-oppożizzjoni laburista mbarkat fuq strateġija negattiva biex tipprova tpoġġi lil Għawdex f’dell ikrah.  L-oppożizzjoni, fl-eqqel tal-istaġun turistiku, qed tipprova permezz tal-istqarrijet tagħha mimlija tgħawwiġ ta’ fatti u qlajjiet, tagħmel ħsara lill- Għawdxin, lill-ekonomija Għawdxija,  lis-sidien u lill-operaturi tan-negozju f’Għawdex.
L-istrateġija tal-oppożizzjonitagħmel ħsara lill-mijiet ta’ ħaddiema u sidien ta’ negozji li l-għajxien tagħhom jiddependi mill-influss ta’ Maltin u turisti matul ix-xhur tas-sajf.  Din l-istrateġija tixhed in-nuqqas ta’ serjetà tal-oppożizzjoni li tfittex il-gwadann politiku akkost ta’ kollox. Għal darba oħra l-Ministeru għal Għawdex jiċħad l-allegazzjonijiet infondati li l-oppożizzjoni qed terġa’ tirrepeti dwar dak li ġara waqt xogħlijiet li kienu għaddejjin fil-proġett tat-triq tax-Xlendi. L-oppożizzjoni permezz tad-deputati Anton Refalo u Marie Louise Coleiro Preca qed jerġgħu jirrepetu dak li diġà qalu fi stqarrijiet separati fil-jiem li għaddew u li diġà ġew miċħuda.
Il-Ministeru għal Għawdex ħa azzjoniimmedjata fil-ħin ta’ l-inċident u s-sitwazzjoni ġiet ikkontrollata fi żmien qasir. Saret ukoll il-proċedura stabbilita f’każi simili biex jiġi aċċertat li l-baħar ikun tajjeb għall-għawm. Wara li ntemm dan il-proċess tħabbar li l-bajja hija fil-fatt nieqsa mit-tniġġis u tneħħew l-avviżi għall-għawwiema li kienu twaħħlu wara l-inċident.
Il-Ministeru għal Għawdex jimxib’serjetà u għalhekk diġà għamilha ċara li ser jimxi mal-proċeduri stabbiliti u talab il-parir ta’ l-avukati dwar x‘azzjoni għandha tittieħed ankè f’dan il-każ biex kulħadd jerfa’ r-responsabbilità ta’ dak li għamel skont l-obbligi kuntrattwali.
Il-Ministeru għal Għawdex għaddejb’ħidma qawwija biex iwettaq il-proġetti programmati għal Għawdex waqt li l-oppożizzjoni għaddejja bi kritika inġusta u qarrieqa.
Il-proġett tat-triq tax-Xlendi serikompli jsaħħaħ l-infrastruttura tat-toroq f’Għawdex. Minbarra l-bini mill-ġdid tat-Triq tax-Xlendi, inbnew mill-ġdid it-toroq mill-Imġarr għax-Xewkija kif ukoll mir-Rabat sa San Lawrenz, qed tinbena t-Triq Ta’ Pinu, inbena u nfetaħ Ċentru ghall-Istudji Turistiċi, infetaħ ċ-Ċentru għal matul il-jum Santa Marta li jilqà persuni b’diżabilità, qed tinbena skola sekondarja gdida f’Victoria, qed isir il-proġett ta’ ristrutturar f’Villa Rundle, żdiedu l-iskemi ta’ edukazzjoni, studju u taħriġ f’istituzzjonijiet edukattivi differenti f’Għawdex fosthom fl-MCAST, ETC u ċ-Ċentru Wistin Camilleri, qed isir il-proġett tat-taqsima tar-radjoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, tlesta il-Masterplan għaċ-Ċittadella, beda xogħol fuq pjan ta’ afforestazzjoni u kampanja għat-tindif tal-widien u lqugħ ta’ ilma tax-xita.
Filwaqt li l-oppożizzjoni tipprovatfittex kull okażżjoni biex tagħmel ħsara lill-Għawdxin u lil Għawdex, il-Ministeru għal Għawdex jibqa’ impenjat li jaħdem fuq aktar proġetti u inizjattivi ta’ fejda għall-Għawdxin biex titjieb il-kwalità tal-ħajja fil-gżira ta’ Għawdex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow