Il-cruiseliner MV Noordam - l-akbar vapur li jagħmel waqfa f’Għawdex
| Aktar | minn 2,140 passiġġier u madwar 800 membru ta’ l-ekwipaġġ dalgħodu daħlu fil-gżira Għawdxija abbord il-cruiseliner MV Noordam, li sa issa huwa l-akbar vapur ta’ dan it-tip li waqaf qrib Għawdex. Kmieni dalgħodu, dan il-cruiseliner li hu twil 285 metru, ħalla l-Port il-Kbir fil-Belt Valletta fejn wasal mit-Tuneżija, u ankra ftit ‘il barra mill-port ta’ l-Imġarr għal ħabta ta’ l-10.00 ta’ dalgħodu. L-MV Noordam jagħmel parti mil-linja Holland America Line, li l-aġenti tagħhom f’Malta huma O.F. Gollcher & Sons Ltd. |
| L-atmosfera fl-Imġarr ħadet xejra differenti hekk | kif il-passiġġieri bdew jinżlu l-art b’dgħajjes żgħar jew aħjar tenders. Permezz ta’ koordinazzjoni mill-Ministeru għal Għawdex, il-passiġġieri ngħataw merħba mżewwqa b’daqq u żfin mill-grupp folkloristiku Tal-Qiegħa. Barraminhekk rappreżentanti ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu (MTA) u l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex (GTA) qassmu materjal promozzjonali u informattiv dwar il-gżira ta’ Għawdex. |
| Mal-waqfa tagħhom f’Għawdex, għadd ta’ passiġġieri | ħadu numru ta’ eskursjonijiet varji madwar Għawdex u Kemmuna, li kienu koordinati mill-kumpanija Mifsud Brothers Ltd li huma promoturi ewlenin ta’ Għawdex fis-settur turistiku tal-cruiseliners. L-attivitajiet kienu jinkludu esperjenzi agro-turistiċi f’inħawi agrikoli fejn it-turisti setgħu wkoll iduqu ikel tradizzjonali Għawdxi. Il-familji bit-tfal setgħu iżuru l-bajja tar-Ramla filwaqt li dawk aktar avventurużi ngħataw l-opportunità li jmorru l-Blue Lagoon jew bil-jeep safaris. Din il-kumpanija organizzat ukoll mawra ta’ arti u kultura fejn it-turisti marru ċ-ċentru ta’ l-artiġjanat f’Ta’ Dbieġi kif ukoll għand skultur lokali. Xi wħud għażlu li jinżlu l-art u jesploraw il-gżira b’mod liberu. Aktar minn 1,700 passiġġieri niżlu l-art. Il-maġġor parti tal-passiġġieri ġejjin mill-Istati Uniti (969), mill-Kanada (278) u mir-Renju Unit (222). |
Il-Kaptan Johannes Mateboer ta merħba lill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex u lill-Assistent Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, l-Onor. Frederick Azzopardi, fi żjara qasira li għamlu fuq l-MV Noordam waqt li kien sorġut barra l-port ta’ l-Imġarr. Il-Ministru esprimiet is-sodisfazzjon għal mod ta’ kif Għawdex beda jibbenefika mis-settur turistiku tal-cruiseliners permezz ta’ ħidma koordinata bejn il-Ministeru għal Għawdex u kumpaniji lokali li jaħdmu f’dan is-settur. Bis-saħħa ta’ dan, numru ta’ vapuri qegħdin jinkludu lil Għawdex fl-iskeda ta’ waqfiet biex b’hekk aktar u aktar passiġġieri qegħdin jesperjenzaw żjajjar f’Għawdex. Minbarra li jiġġeneraw kummerċ f’setturi ekonomiċi oħra, żjajjar minn cruiseliners iservu ta’ promozzjoni diretta għall-prodott turistiku Għawdxi. Għalhekk il-Ministeru għal Għawdex huwa impenjat biex ikabbar il-potenzjal ta’ Għawdex fl-attrazzjoni ta’ turiżmu minn dan is-settur. Il-Ministru rringrazzjat lil Kaptan u lil dawk kollha li kienu strumentali għaż-żjara tal-MV Noordam f’Għawdex. Hija fakkret kif Għawdex qed jipproponi sit alternattiv fejn ikunu jistgħu jieqfu vapuri ta’ dan it-tip, hekk kif aktar kmieni din is-sena tlesta x-xogħol fuq il-baga tax-Xlendi.
| L-MV | Noordam se jħalli Għawdex għal ħabta tas-7.00 tal-lejla fi triqtu lejn Napli. |
| Il-Club | Med 2 mistenni jerga’ jagħmel żjara oħra f’Għawdex f’Settembru li ġej, wara li kien għamel waqfa oħra aktar kmieni din is-sena. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990