Left arrow Go Back

Il-President u s-Sinjura Abela jospitaw il-Ballu tal-Qamar t’Awissu, b’risq il Malta Community Chest Fund, fil-Palazz ta’ Verdala

pr1464
Date Icon 08/08/2010
Il-Ballu tal-Qamart’Awissu. jew kif inhu maghruf ahjar,  The Ball of The August Moon, attivita’ ohra organizzata mill-Malta Community Chest Fund, il-bierah gibed madwar elf ruh lejn il-Palazz tal-Verdala gewwa l-Buskett.
Il-President GeorgeAbela  rringrazzja lil dawk kollha li attendew, u qal li dawn l-attivitajiet li jigu organizzati mill-Malta Communtiy Chest Fund jkomplu jaghtu iktar ghajnuniet ta’ kuljum lil dawk il-persuni li jigu fl-ufficini ta’ L-MCCF ghall-htigijiet differenti, liema htigijiet jammontaw ghal aktar minn mitt elf ewro fix-xahar. Temm jirringrazzja lill poplu Malti u Ghawdxi kollu ta’ kemm jikkonkori bi hgaru ghall-attivitajiet li torganizza l-Malta Community Chest Fund.  Fil-fatt il-Ballu kien ilu mibjugh  sa minn gimghatejn qabel l-attivita’ innifisha.
Il-President Abelasellem wkoll lil President Emeritu Prof. Guido De Marco u awguralu fejqan ta’ malajr.
Justin Zammit Tabona,li din is-sena kien ic-chairman tal-kumitat  organizzativ tal-Ballu, rringrazzja lil dawk li attendew u wkoll lil dawk il-kumpaniji li taw sapport  sabiex il-ballu seta’ jkun success. Irringrazzja wkoll lil President u lis-Sinjura Abela li minbarra il-partecipazzjoni shiha f’kull laqgha, kienu jkunu minn ta’ quddiemu biex ixammru l-kmiem ghall-hidma.
The Ball of theAugust Moon sar gewwa l-Palazz tal-President ta’ Malta gewwa l-Verdala, li ghall-okkazjoni gie mdawwal u mzejjen bi bnadar u bandalori .L-attivita’ ssir fil-gonna, izda l-mistednin jkollhom wkoll ic-cans li jidhlu fil-Palazz sabiex igawdu dan il-Patrimonju Malti.
Fl-attivita’ ppartecipatil-Banda tal-Forzi Armati kif wkoll il-Kavallerija tal-Pulizija u l-banda taghhom. Is-serata kienet akkumpanjata mill-brass band popolari Versatile, li zammet kumpanija ta’ muzika allegruza matul il-ballu li gie fi tmiemu ghall-habta tas-saghtejn ta’ fil-ghodu.
L-attivita’ li jmisstal-Malta Community Chest Fund hija Rockestra li se tittella’ gewwa it-tinda tal-MFCC, f’Ta Qali,  nhar is-Sibt, 11 ta’ Settembru.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow