Approvati aktar mediċini li jingħataw b’xejn lill-pazjenti, fosthom għal min ibati mill-kanċer
pr1463
08/08/2010
| Din is-sena diġa ġew | introdotti 11-il mediċina oħra li qed jingħataw b’xejn lill-pazjenti li jkollhom kundizzjonijiet differenti. Il-parti l-kbira tal-mediċini ġodda li ġew approvati huma għal kura tal-kanċer. Il-Gvern qiegħed issaħħaħ il-ġlieda tiegħu kontra l-kanċer, inkluż b’aktar mediċini b’xejn għal kura tal-kanċer, bini ta’ Ċentru ġdid għall-kura tal-kanċer, xiri ta’ linear accelerators ġodda u aktar moderni biex jingħtaw ir-raġġi, il-ftuħ taċ-Ċentru tal-Breast Screening għan-nisa u l-faċilita’ tal-eżami tal-PET Scan b’xejn li jsir fil-privat fuq talba tal-konsulenti tal-iSptar Mater Dei u tal-iSptar Boffa. |
| Matul l-ewwel xhur ta’ | din is-sena ġew reveduti u studjati għadd ta’ mediċini biex jingħataw b’xejn lill-pazjenti b’mard kroniku. Dan, wara li saret reviżjoni teknika u dettaljata. Il-Government Formulary List Advisory Committee (GFLAC) din is-sena diġa iltaqa sitt darbiet : |
· Ġew approvati 11 il-mediċina ġdida li qatt ma kienu jingħataw lill-pazjenti. Il-maġġoranza ta’ dawn il-mediċini huma għal-kura tal-kanċer. Minbarra l-Herceptin, fost l-oħrajn żdiedu wkoll dawn il-mediċini:
- Temozolomide (għat-tumur tal-moħħ),
- Pemetrexed (għall-kanċer tal-pulmun),
- Erlotinib (għall-kanċer tal-pulmun)
- Lenalidomide (mediċini għall-kanċer fid-demm fosthom leukaemia u multiple myeloma),
- Bortezomib (mediċini għall-kanċer fid-demm),
- Sunitinib u oħrajn għall-kanċer fil-kliewi u fl-istonku,
- Docetaxel li tintuża għall-kanċer tal-prostata.
- Apprepitant biex ittaffi id-dardir bħala side-effect tat-trattament tal-kanċer.
- 13 il-mediċina oħra li kienu qed jingħataw lill-pazjenti skont l-Exceptional Medicinal Treatment Policy (EMTP) ġew introdotti formalment fil-Lista tal-Formularju tal-Gvern wara li ġew approvati mill-GFLAC.
- 8 mediċini oħra li diġa kienu fuq il-Lista tal-Formularju tal-Gvern ġew approvati mill-GFLAC għall-indikazzjonijiet kliniċi oħrajn u b’hekk ikunu jistgħu jingħataw lil aktar pazjenti.
| Il-Lista tal-Formularju | tal-mediċini li jingħataw mill-isptarijiet u mill-ispizeriji issa tlaħħaq l-1,316 mediċina differenti. Id-Dipartiment tal-Farmaċija matul l-2009 ta b’valur ta’ €22 miljun f’mediċini lill-pazjenti, żieda ta’ 6.4% fuq l-2008. Tul l-2010 kompliet tiżdied il-ħidma biex is-servizz ta’ mediċini b’xejn testendi ruħha, jiżdiedu l-mediċini b’xejn u titjieb il-kwalita’ tas-servizz. |
| Matul din is-sena il-Gvern | kompla jestendi l-iskema "L-Ispiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek" li bdiet f’Diċembru 2007. Bħalissa hemm total ta’ 38,730 pazjent reġistrati mal-iskema "L-Ispiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek". |
| F’April li għadda, bdiet | ħidma intensiva biex l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek tkun tista tiġi estiża f’Għawdex. B’din l-estensjoni n-numru ta’ spiżeriji żdied bi 17, u għalhekk in-numru minn 68 tela’ għal-85 spiżerija. Infetħet ukoll fergħa tal-Uffiċċju "L-Ispiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek" ġewwa l-Isptar Ġenerali t’Għawdex biex jiġi pprovdut servizz ta’ ‘CustomerCare’ - kemm lill-pazjenti kif ukoll lill-ispiżjara li jipparteċipaw fl-Iskema. Minn dan l-Uffiċċju qed jingħata wkoll taħriġ fuq bażi individwali lill-ispiżjara ta’ Għawdex dwar is-sistema komputeriżżata tal-"L-Ispiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek" li tintuża fl-ispiżeriji privati biex tinżamm il-kontabilita’ u l-‘audit trailing’ tat-tqassim tal-mediċini tal-Gvern lill-pazjenti. Sa issa, 6,040 persuna f’Għawdex għażlu li jagħmlu parti mill-iskema. Fil-ġimgħat li ġejjin l-iskema "L-Ispiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek" se tiġi estiża wkoll biex tkopri lil dawk li jieħdu mediċini b’xejn u li joqgħodu tas-Sliema u l-Iklin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990