STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX
pr1462
08/08/2010
| Anton Refalo jerġa’ jasal għal konklużjonijiet | żbaljati |
| Il-Ministeru | għal Għawdex jiċħad dak li qal il-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Għawdex dwar ir-rising main tad-drenaġġ li ġie milqut waqt ix-xogħlijiet li qed isiru fit-Triq tax-Xlendi. |
| Mhux | veru li l-Ministeru qal li “mhu beħsiebu jieħu l-ebda azzjoni kontra l-kuntrattur li laqat kanna kbira tad-drenaġġ fi Triq ix-Xlendi”. Dak li qed jiġi attribwit lill-MinisteruminnDr Anton Refalo u minn xi gazzetti mhux veru ntqal mill-Ministeru u mhux minnu. |
| Il-Ministeru spjega li f’dan l-incident intlaqat | pipe qadim li kellu jinbidel, iżda dan bl-ebda mod ma jfisser li “m’hemmx għalfejn jieħu azzjoni”. Dr. Anton Refalo qed jasal għal konklużjonijiet żbaljati u jippreżantahom bħala stat ta’ fatt. |
| Il-Ministeru jesiġi serjeta’ u accountability | minn kull min ikun qiegħed iwettaq proġetti f’Għawdex. Jistenna li l-obbligi kontrattwali, fosthom dik ta’ responsabbilita’ jiġu osservati kollha. Għaldaqstant dwar dan l-inċident jimxi mal-proċeduri stabbiliti u jistenna l-parir tal-avukati biex tittieħed l-azzjoni meħtieġa. |
| Wara | l-inċident li seħħ il-Ministeru ħa l-azzjoni immedjata meħtieġa biex tiġi evitata aktar ħsara u jiġi mnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti, sidien ta’ stabilimenti u viżitaturi fil-bajja tax-Xlendi. Permezz ta’ din l-azzjoni s-sitwazzjoni ġiet għan-normal ftit ħin wara li ntalqgħat r-rising main qadim fit-triq tax-Xlendi. |
| Kif | għamlet dwar proġetti oħra, anki dwar dan il-progett, sa mill-bidu tiegħu l-oppożizzjoni fittxet kull okażżjoni biex tmaqdru. Dan il-proġett se jtejjeb l-infrastruttura ta’ Għawdex. Bħalissa f’Għawdex qed isiru numru kbir ta’ proġetti infrastrutturali u jidher ċar li dan qiegħed idejjaq lill-oppożizzjoni laburista. |
| Il-Ministeru | għal Għawdex isostni li l-kuntratt tal-proġett tat-triq tax-Xlendi ingħata wara proċess ta’ tendering miftuħ. Appell li sar fil-konfront ta’ l-għotja ta’ dan il-kuntratt ikkonferma li l-proċess ta’ tendering kien wieħed trasparenti u nadif. |
| Sadanittant il-Ministeru għal Għawdex jixtieq | ifakkar li l-bajja tax-Xlendi ġiet verifikata tajba għall-għawm wara li saru t-testijiet fi proċess stabbilit mill-awtoritajiet tas-saħħa publika. Dan il-proċess jinvolvi testijiet fuq kampjuni meħuda fuq ġranet konsekuttivi biex tiġi mħarsa s-saħħa u aċċertata s-sigurtà għall-għawwiema. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990