Left arrow Mur Lura

ĦIDMA QAWWIJA FAVUR L-INDAFA PUBBLIKA

pr1461
Date Icon 08/08/2010

Migbura aktar minn 10,000 tunnellata ta’ skart, qed jinbidlu l-kontenituri ghal-gbir tal-iskart … investiment ta’ miljun ewro f’ingenji ghat-tindif

Id-Dipartiment tal-Indafa Pubblika kontinwament jaħdem sabiex iżomm il-pajjiż nadif b’diversi ażżjonijiet li jħallu riżultati:

·     Minn Jannar sa’ llum inġabbru ’l fuq minn 10,000 tunnellata ta’ skart mit-toroq u postijiet ohra fejn gie identifikat li kien hemm akkumulu ta’ skart mormi illegalment;

·     Tneħħa ħaxix ħażin fuq medda ta’ 900 kilometru  tul ta’ toroq;

·     Qed jinħasslu mal-2,000 km ta’ toroq kull xahar permezz tal-mechanical sweepers;

·     Qabel is-sajf inġabbru mas-6,000 tunnellata ta’ alka minn fuq il-bajjiet;

·     Qed jinqalgħu medja ta’ 200 poster imwaħħla fit-toroq kull xahar;

·     Inġabbru mas-600 tunnelata ta’ skart mill-kampanja li jkun jikkonsisti l-aktar f’ħadid u         tankijiet.

F'dawn ix-xhur tas-sajfid-dipartiment tal-indafa pubblika żied il-frekwenza ta' tindif f'żoni turistiċi u l-bajjiet. Qed isir ħasil regolari tal-promenades f’żoni turistiċi. Dan qed isir fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.  Attenzjoni partikolari qed tingħata ukoll fit-toroq ta’ madwar Paceville fejn qed isir litter picking u tbattil ta’ kontenituri b’mod kontinwu matul il-ħinijiet kollha tal-ġurnata filwaqt li tinħasel l-art b’mod regolari matul il-ġimgħa.
Id-Dipartiment tal-Indafa Pubblika introduċa sistemiġodda ta’ kif isir it-tindif tal-bajjiet u provda konenituri godda:

·     Qed isir sand sifting darba fil-ġimgħa fejn permezz ta’ makkinarju li jidahhal fir-ramel, u jitneħħa skart li jkun daħal fir-ramel.

·     Mill-bajjiet u tul il-kosta tneħħew it-tankijiet tal-ħadid li kienu jservu biex jilqgħu fihom l-iskart. Dawn ġew mibdula b’xejn anqas minn 1,000 wheelie bin li qed joffru wkoll il-faċilita li l-iskart jinġabar ukoll b’mod isseparat. Id-Dipartiment qed jieħu ħsieb ukoll li jaħsel dawn il-bins b’mod regolari.

·     Saru 200 charcoal bin mal-bajjiet fejn fihom issiru l-BBQ’s. 

·     Nhar il-Gimgħa ġew mibdula 50 bin fix-Xatt ta’ tas-Sliema, filwaqt li fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu mqegħda b’kollox ‘l fuq minn 300 bin ġdid iehor f’diversi postijiet ohra.

Fl-aħħar sentejn il-Gvernse jkun investa miljun ewro f’xiri ta’ nġenji sabiex jiżdiedu l-faċilitajiet ta’ tindif u ġbir ta’ skart. Wara li s-sena l-oħra inxtraw sweepers u nġenji oħra, din is-sena l-Gvern qed jinvesti f’akar makkinarju modern bħal sweepers u inġenji oħra adattati sabiex ikunu jistgħu jintużaw anki fuq il-bajjiet.
Minbarra s-servizzi ta’tindif u ġbir ta’ skart, il-Gvern fetah 5 ċentri biex jilqgħu fihom skart goff li jinsabu l-Imrieħel, Hal Far, Hal Luqa, l-Għallies  u x-Xewkija f’Għawdex. Dawn jiftħu kuljum bil-Hdud u l-festi nklużi. Fil-pajjiż hawn ukoll 800 kontenitur ta’ bring in site filwaqt li kull familja tista’ tagħmel użu minn servizz offrut b’xejn fejn jinġabar skart goff mid-djar. Din is-sena id-dipartiment diġa irċieva ‘l fuq minn 7,000 telefonata li kellhom bżonn servizz ta’ skart goff għal ‘l fuq minn 21,000 oġgett goff.
Hekk kif ninsabu fl-eqqeltal-istaġun tas-sajf il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali filwaqt li jirringrazzja lill-pubbliku tal-koperazzjoni, jappella biex jiżdiedu l-isforzi ta’ kulħadd sabiex pajjiżna jinżamm nadif.  Il-Ministeru jappella wkoll biex ma jkunx hemm vandalizmu u serq ta’ konentituri. Min jara atti vandali jew serq għandu jirraporta lill-Pulizija. Fil-granet li ghaddew 14 minn 16-il wheelie bin li kienu fil-bajja tal-Kalanka (limiti ta’ Delimara) ġew misruqa.
Il-Ministeru għar-Riżorsiu l-Affarijiet Rurali jirringrazzja lill-ħaddiema kollha li b’tant dedikazzjoni u sagriffiċċji partikolarment f’dawn il-ġranet sħan tas-sajf qed jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex pajjiżna jinżamm nadif. Il-Ministeru jappella għal-koperazzjoni ta’ kulħadd sabiex inkomplu nsebbħu pajjiżna u nħarsu l-ambjent. Rapporti dwar postijiet li jkunu jeħtieġu intervent biex jitnaddfu jistgħu isiru fuq il-freephone tal-ambjent 8007 6608.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow